Saturday, December 21, 2024

“Bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet biex nimplimentaw sanzjonijiet ħorox fuq ir-Russja”

Aqra wkoll

F’filmat li jimmarka s-56 jum mill-bidu tal-gwerro Russo-Ukrajna, il-President Ukren Volodymyr Zelensky żvela li bħalissa jinsabu għaddejjin b’ħidma sabiex jiżdiedu iktar “sanzjonijiet ħorox” kontra r-Russja.

F’dan ir-rigward huwa ħabbar li kellu diskursata twila mal-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, fejn b’mod speċjali ttrattaw numru ta’ sanzjonijiet oħra kontra r-Russja. Dawn is-sanzjonijiet mistennija li jimponu restrizzjonijiet fis-settur tal-enerġija, fuq il-banek,  l-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-trasport Russu, skont Zelensky. Barra minn hekk huwa tenna t-talba tiegħu għall-projbizzjoni assoluta fuq il-provvista taż-żejt Russa.

Zelensky spjega li hu kellem lil Michel dwar il-problema li tinsab mhedda biha l-Ewropa rigward il-kriżi tal-ikel u l-provvista tal-enerġija, kif ukoll dwar il-possibiltà li l-Ukrajna tibda tesporta prodotti agrikoli lejn l-Ewropa sabiex tnaqqas il-possibiltà li r-Russja jirnexxilha twettaq blackmail fuq l-Ewropa.

Ekonomija

Sport