Saturday, October 26, 2024

“Bħalissa għandna madwar 4,000 immigrant f’ċentri li jesgħu madwar 2,000”… “Qed nagħmlu għaġeb mix-xejn?”

Aqra wkoll

“Qed nagħmlu għaġeb mix-xejn?” Hekk staqsa l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo fir-rigward tal-kriżi umanitarja li Malta qed tiffaċċja dwar l-immigrazzjoni irregolari.

“S’issa bagħtulna 1,500 persuna fid-dgħajjes, kważi nofs dak kollu li bagħtu f’sena sħiħa fl-2019,” huwa żied jgħid, filwaqt li staqsa jekk il-Gvern hux qed ikun bla raġuni meta jitlob lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex jieħdu parti mill-immigranti irregolati li jintbgħatu lejn l-Ewropa mill-Afrika ta’ Fuq mit-traffikanti u l-kuntrabandisti tal-bnedmin.

Dwar in-numru kbir ta’ wasliet matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena, Bartolo esprima t-tħassib tiegħu li dawn il-waslietkienu reġistrati meta għadha lanqas għaddiet nofs sena, bix-xhur li ġejjin ikunu kkaratterizzati minn baħar bnazzi.

Intant il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tenna li li f’sena huwa stmat li dawk li jmexxu n-negozju tat-traffikar tal-bnedmin fil-Libja jdaħħlu iżjed minn €1.3 biljun.

Żied jgħid li l-pandemija tal-Covid-19 ġabet diffikultajiet ukoll lill-pajjiżi membri fl-UE, u liwieħed ma jistenniex li dawn isolvu l-problema li Malta qed tiffaċċja dwar l-immigrazzjoni irregolari mingħajr ma din tagħti s-sehem tagħha.

“Iżda ma nistgħux nerfgħu iżjed milli nifilħu,” huwa żied jgħid.

“Bħalissa għandna madwar 4,000 immigrant irregolari fiċ-ċentri tagħna li suppost jesgħu madwar 2,000. M’għandniex fejn inpoġġu iżjed immigranti u għalhekk għandna 301 fuq il-baħar,” wissa Bartolo.

Sport