Bħalissa hemm 1,467 anzjan fuq il-lista ta’ stennija għad-dħul f’dar residenzjali. Matul l-aħħar tliet xhur, ġew sottomessi 564 applikazzjoni ġdida. Barra minn hekk, isir kull sforz sabiex tinxtara kull sodda disponibbli fis-suq privat.
Dawn iċ-ċifri ingħataw fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela meta kienqed iwieġeb mistoqsija Parlamentali li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo