Bħalissa hemm total ta’ 3,860 parkeġġ riservat għall-persuni li għandhom Blue Badge. Minnhom, 1,989 huma parkeġġi komuni, jiġifieri jistgħu jintużaw minn kwalunkwe persuna li għandha l-Blue Badge Card, filwaqt li 1,871 huma parkeġġi personalizzati.
Dan iddikjarah il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea

