Sunday, January 25, 2026

“Bħalma rridu naraw lill-ħaddiem jinbidel, l-Unjin trid tibqa’ tinbidel”

– Kevin Camilleri, Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU

Aqra wkoll

Kif għidt fil-Kungress, dawn kienu erba’ snin ta’ rivoluzzjoni sħiħa fil-Unjin, jiġifieri l-viżjoni li kellna meta ħadna t-tmexxija tal-Amministrazzjoni fil-bidu tal-leġislatura tagħna, kompliet tikkonkretizza. Kull żvilupp li sar, kemm internament u anke bħala struttura, kien jirrifletti ħsieb. Ħsieb li l-ħaddiema tagħna jibqgħu jgħollu l-livell u l-għerf tagħhom b’tagħlim akkademiku  biex il-valur tagħhom jitla’. Bl-evoluzzjoni li għaddeja bil-pjattaformi diġitali, kif ukoll bl-intelliġenza artifiċjali u l-platform economy, l-uniku mod biex ma tinħoloqx “gap”huwa proprju bit-taħriġ u bit-tagħlim.” 

Żied jgħid lil-futur tal-GWU jrid ikun wieħed fuq ħafna binarji. Li huwa żgur hu li bħalma trid tara lill-ħaddiem jinbidel, l-Unjin trid tibqa’ tinbidel. IUnjin trid tibqa’ tinbidel u dan għal bosta raġunijiet fosthom fl-ewwel post biex tibqa’ relevanti; it-tieni s-sostenibbiltà tal-istess Unjin għax trid tara li biex tibqa’ topera trid tkun b’saħħitha; it-tielet it-tagħlim mhux biss għall-membri tagħha imma anke għan-nies tagħha ħalli jkollhom l-għodda fuq il-mejda tad-diskussjoni u jkunu ppreparati u armati. Ir-raba’ punt u  l-aktar ħaġa importanti, hul-proċess ta’ immodernizzar.  

“Diġà għamilna ħafna imma rridu nkomplu nimmodernizzaw u għandna nagħmlu hekk speċjalment fejn tidħol il-midja u l-midja soċjali.  

Illum, il-midja soċjali hija parti mill-ħajja ta’ kulħadd u allura huwa importanti li nkomplu nsaħħu din il-pjattaforma.” 

Il-post tax-xogħol mar lil hinn minn dak kif nafuh aħna 

“Qatt ma qbilt mat-teorija li dak li jinqala’ fuq il-post tax-xogħol ma tieħdux id-dar u dak li jinqala’ d-dar ma tieħdux ix-xogħol. Sfortunatament aħna kollha umani. Kulħadd jaf li dak il-proċess ma jeżistix. Ħadd ma telaq mix-xogħol u tefa’ switch. Ma nemminx dak. Il-post tax-xogħol mar lil hinn minn dak kif nafuh aħna.Ix-xogħol qiegħed jieħu dimensjoni differenti u l-qalba hija waħda mgħaġġla. Fejn qabel ma konniex noħolmu li naħdmu mid-dar, il-Covid wassal għall-proċess li tista’ taħdem mid-dar. Wieħed jistaqsi għandna nħarsu lejn is-sigħat li persuna taħdem  fuq il-post tax-xogħol jew  lejn il-produttività?”

Żied jgħid li hemm ħafna mistoqsijiet f’dinja tax-xogħol li qiegħda tinbidel.  

“Għandna naraw jekk is-sistema ta’ kif naħdmu għandhiex tinbidel? Nistgħu nkunu aktar flessibbli? Għandna nibdew nesploraw s-siegħat ta xogħol li ħaddiem jagħmel fil-ġimgħa? Għandux jitlaq studju komprensiv dwar x’jista’ jsir fil-ħajja lavorativa tal-ħaddiema li jinkludi fost oħrajn work life balance, il-ħidma mid-dar u dak kollu li ġġib magħha, mental well-being, wage transparency, digitilizazzjoni u pjattaformi? Camilleri qal li din hija tranżizzjoni li l-GWU trid iġġib magħha, li l-Unjin għandha tagħmel  biex inħarsu aktar ‘il quddiem. Dan għax id-dinja tax-xogħol ma saritx biss il-post tax-xogħol imma saret lil hinn.  

Għalaq billi awgura ħidma siewja lil Jason Deguara u lil Kevin Abela fl-irwoli tagħhom ta President u Segretarju Internazzjonali rispettivament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport