Friday, December 13, 2024

Biden jakkuża lir-Russja b’att ta’ ġenoċidju

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Joe Biden iddefinixxa l-atroċitajiet li wettqu l-forzi Russi fl-Ukrajna bħala “ġenoċidju”. Dan qalu waqt avveniment li attenda għalih f’Iowa fl-Istati Uniti.

Il-ġenoċidju huwa mifhum minn ħafna bħala l-agħar att kriminali li persuna tista’ twettaq kontra l-umanità — il-qerda ta’ massa kbira ta’ poplu.

Huwa argumenta li “Issa jidher iktar biċ-ċar li Putin qed jipprova jeqred il-possibiltà li n-nazzjonalità Ukrena tibqa’ teżisti”. Biden ikompli jgħid li iktar ma tinstab evidenza dwar dak li ġara fl-Ukrajna, iktar qed jinkixfu atti orribbli li twettqu mill-forzi Russi. 

Ekonomija

Sport