Saturday, December 28, 2024

Biden jgħid li l-PM Iżraeljan mhux qed jagħmel biżżejjed biex jeħles l-ostaġġi f’Gaża

Aqra wkoll

Bosta skejjel, l-uffiċini u l-ajruport ilbieraħ kellhom jgħalqu. Dan minħabba li hekk trejdjunjins f’Iżrael ordnaw sabiex fil-pajjiż isir strajk ġenerali minħabba nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-gvern dwar l-ostaġġi.

Kien irrapurtat li l-ewwel strajk ġenerali minn wara l-attakki tal-Ħamas tas-7 ta’ Ottubru li għadda, kien iddominat minn rabja kbira li l-poplu għandu lejn il-Gvern miħabba l-mod ta’ kif qed jimmaniġna u partikolarment hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa nstabu l-katavri ta’ sitt ostaġġi li nħatfu mill-Ħamas. 

B’reazzjoni għal dan, il-President Amerikan Joe Biden qal li l-Prim Ministru Benjamin Natanyahu mhux qed jagħmel biżżejjed biex jeħles lill-ostaġġi ta’ Gaża. Huwa mifhum li Biden u Kamala Harris ltaqgħu ma’ xi negozjaturi sabiex ifasslu proposta, hekk kif il-protesti fl-Iżrael komplew mit-Tnejn filgħodu u baqgħu għaddejjin sa filgħaxija.

Biden qal li l-Istati Uniti mhux se jaqtgħu qalbhom u li dawn se jimbottaw kemm jistgħu sabiex jintlaħaq ftehim meħtieġ. Dan kollu qed iseħħ wara li l-Iżrael sab il-katavri ta’ sitt ostaġġi f’Gaża inkluż, l-ostaġġ Iżraeljan-Amerikan, Hersh Goldberg-Polin.

Ekonomija

Sport