Friday, November 22, 2024

Bidla fil-liġijiet tal-ippjanar li jassiguraw li ma jsirx żvilupp f’Ħondoq ir-Rummien

Aqra wkoll

Il-proċess sabiex isiru l-bidliet meħtieġa fil-liġijiet tal-ippjanar bilgħan li tkun assigurata u ssiġillata ċ-ċertezza u s-serħan il-moħħ li Ħondoq ir-Rummien ma jkunx żviluppat se jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn il-bidliet huma pass ieħor importanti fil-ġlieda għal ħarsien ta’ Ħondoq ir-Rummien.

Dan kien il-messaġġ ċar li wassal il,-Prim Ministru Robert Abela dwar l-importanza li Ħondoq ir-Rummien, fil-limiti tal-Qala, ma jiġix jiġix żviluppat. Il-Prim Ministru żar is-sit, akkumpanjat mis-Sindku tal-Qala Paul Buttiġieġ.

Il-Prim Ministru spjega li din id-deċiżjoni trid treġġa lura dak li missu ma sar qatt, jiġifieri li fl-2006 iddaħħlet bidla fil-pjan lokali li ffaċilitat li jsir żvilupp konsiderevoli f’Ħondoq ir-Rummien.

Huwa sostna li d-direzzjoni li issa qed jagħti l-Gvern hija bidla oħra importanti li tipptoteġi u tippriserva l-gżira Għawdxija fl-interess tal-familji Għawdxin u l-kommunita tal-Qala b’mod partikulari.

Il-Prim Ministru nnota wkoll li d-deċiżjonijiet mill-2013 ‘l hawn tal-Awtorita tal-Ippjanar u l-qrati ċaħdu dan l-iżvilupp madankollu, bħalissa ma hemm xejn xi jżomm milli tidħol applikazzjoni oħra għal żvilupp f’Ħondoq ir-Rummien. Għalhekk huwa meħtieġ li issa jintbagħat sinjal qawwi favur l-interess tan-nies u aċċess mingħajr xkiel għall-bajja f’Ħondoq.

Robert Abela nnota wkoll li l-prinċipju ewlieni f’ħidmet dan il-gvern kien dejjem wieħed konsistenti kontra żvilupp f’Ħondoq ir-Rummien u tenna li b’dak li se jkun qed jagħmel il-gvern se jkun qed jimplimenta miżura 319 tal-manifest elettorali ‘Malta Flimkien’.

Huwa radd ħajr partikulari lis-Sindku Buttiġieġ tal-ħidma bla waqfien tiegħu biex jiddefendi lill-Ħondoq ir-Rummien milli jiġi żviluppat.

Fis-sit ta’ Ħondoq ir-Rummien, il-Prim Ministru rrimarka wkoll li fuq art tal-gvern sar l-ewwel reverse osmosis ‘state of the art’ b’investment ta’ €11-il miljun li qed jiżgura għall-Għawdxin sors indipendenti ta’ ilma ta’ kwalita li jasal fid-djar.

Sport