Friday, January 31, 2025

Bidla fit-tmexxija tal-Grupp MeDirect

Aqra wkoll

31 ta’ Jannar 2025 – Kif diġa tħabbar f’avviż ippubblikat fuq il-Borża ta’ Malta fid-9 ta’ Jannar 2025, Arnaud Denis, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) tal-Grupp MeDirect, iddeċieda li jħalli l-kariga tiegħu ma’ MeDirect b’effett mill-31 ta’ Jannar 2025 wara li mexxa l-Grupp għal aktar minn ħames snin. Tul iż-żmien tiegħu bħala CEO, is-Sur Denis mexxa t-tkabbir u t-trasformazzjoni tal-Grupp f’bank diġitali li joffri firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji, u ta’ investimenti, appoġġjati minn teknoloġija avvanzata. Huwa mexxa wkoll it-tranżizzjoni ta’ MeDirect għal shareholder ġdid li, malli jirċievi l-approvazzjoni regolatorja, u diġa kkommetta li jkompli jappoġġja u jibni l-operat u l-franchise tal-banek MeDirect f’Malta, il-Belġju u l-Olanda.

Is-suċċessur tas-Sur Denis bħala CEO tal-Grupp se jkun, soġġett għall-approvazzjoni regolatorja, Jean-Claude Maher. Is-Sur Maher, li bħalissa huwa l-Kap Operattiv tal-Grupp, ingħaqad mal-Grupp MeDirect f’Lulju 2023 bħala direttur eżekuttiv u Chief Operating Officer (COO) tal-kumpanija sussidjarja Belġjana ta’ MeDirect, MeDirect Bank SA. Huwa għandu aktar minn 30 sena esperjenza fis-setturr bankarju, u qabel ma ingħaqad ma’ MeDirect ħadem ma’ Deutsche Bank AG, fejn kellu diversi rwoli fl-oqsma tar-riċerka, corporate banking, transaction banking, private banking u country management. L-aktar rwol riċenti tiegħu ma’Deutsche Bank kien bħala Country Chief Operating Officer u Branch Manager ta’ Deutsche Bank fil-Belġju. Is-Sur Maher issa ġie jgħix f’Malta biex jiddedika l-enerġija kollha tiegħu għas-suċċess tal-Grupp MeDirect.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport