Id-diskors notevoli ħafna nhar is-Sibt tal-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer, dwar ir-rabtiet tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea wara l-Brexit jingħad li kien imfassal biex jibgħat messaġġ lin-negozji, lill-Kummissjoni Ewropea u lil pajjiżi Ewropej oħra, kif ukoll lid-deputati parlamentari tiegħu.
Huwa mistenni li r-relazzjonijiet ekonomiċi aktar mill-qrib wara l-Brexit jiġu kkunsidrati bħala parti minn proċess annwali ta’ taħditiet bilaterali aktar fir-reviżjoni formali ta’ din is-sena tal-ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
Din kienet it-tweġiba tal-uiffiċċju tal-prim ministru għal mistoqsijiet politiċi dwar l-issettjar mill-ġdid u aktar ambizzjuż tal-Brexit li jinvolvi r-riorganizzazzjoni tal-unjoni doganali mal-UE.
Xi deputati parlamentari Laburisti, mexxejja tat-trejdunjins u ministri tal-kabinett ingħaqdu ma’ sejħiet li ġew konkretizzati minn inizjattivi tal-Liberali Demokratiċi fil-Parlament is-sena l-oħra li wasslu għal vot li ma jorbotx.
Keir Starmer ta tweġiba ċara li din ma kinitx il-prijorità fil-mument, peress li tmur kontra dak li jqis bħala wieħed mis-suċċessi tas-sena li għaddiet: l-iffirmar tal-aqwa ftehimiet dwar il-kummerċ mal-Istati Uniti u l-Indja.
Minflok l-unjoni doganali, l-enfasi tiegħu hija fuq relazzjoni aktar mill-qrib mas-suq uniku, li ma jfissirx li dawk il-ftehimiet kummerċjali ġodda għandhom jitkissru.
Meta r-Renju Unit telaq formalment mill-Unjoni Ewropea f’Jannar 2021, il-ftehim li kien għamel Boris Johnson enfasizza l-libertà mir-regolamenti tal-UE aktar milli kummerċ bla xkiel għall-esportaturi Brittaniċi madwar l-Ewropa.
Ir-“reset tal-Brexit” ta’ Sir Keir diġà jipprevedi allinjament mill-ġdid mar-regoli tal-UE fi tliet oqsma biex jgħin il-fluss liberu tal-kummerċ: l-esportazzjonijiet tal-ikel u tal-irziezet, l-elettriku, u l-kummerċ tal-emissjonijiet.
Numru ta’ oqsma oħra jistgħu, fattibbilment, jaraw approċċ simili – allinjament mar-regoli tas-suq uniku – bi skambju għat-tnaqqis tal-ostakli ta’ wara l-Brexit fil-manifattura, fl-industrija tal-karozzi, fil-kimiċi, jew fl-arranġamenti għall-VAT.
Il-pajjiżi Ewropej ma kinux impressjonati bin-nuqqas ta’ ambizzjoni fir-reset tas-sena l-oħra, bir-rifjut Brittaniku ta’ xi esperti li ppreżentaw l-idea tar-riammissjoni virtwali tal-prodotti Brittaniċi fis-suq uniku.
Pjan biex il-manifatturi tar-Renju Unit ikunu parti mill-fond ta’ self għad-difiża ta’ €150 biljun tal-Azzjoni ta’ Sigurtà għall-Ewropa waqaf minħabba d-daqs tal-miżata tas-sħubija, wara xi oġġezzjonijiet minn Franza.
Ir-Renju Unit qabel dwar ftehim biex jerġa’ jingħaqad mal-iskambju universitarju tal-Erasmus u jkompli jinnegozja skema ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ. Dan għen biex iwitti t-triq għal aktar taħditiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.



