Monday, November 4, 2024

Bidu Eċċitanti għas-serje Go&Fun BSJ Triathlon

Aqra wkoll

Birkirkara St Joseph Sports Club ospita l-ftuħ tal-istaġun tat-triathlon fis-Salina l-Ħadd filgħodu, meta ospita t-tellieqa Go&Fun BSJ Sprint Triathlon.

It-tiġrija ospitat taħlita ta’ triatleti ta’ esperjenza u ġodda li pprovdew tiġrija eċċitanti. L-ewwel sorpriża ta’ filgħodu kienet Maya Schembri Rodgers li rreġistrat l-aħjar ħin fit-taqsima tal-għawm. Schembri Rodgers spiċċat l-għawma ta’ 750m fi 11-il minuta 13-il sekonda. Warajha kienu Ryan Muscat, Nicholas Sammut u Keith Galea.

L-ewwel fuq il-korsa tar-rota kien Muscat. Minn dak il-ħin l’hemm kienet battalja konsistenti bejn Muscat u Galea, fejn Muscat żamm il-vantaġġ sat-tieni nofs tat-tieni dawra tal-korsa ta’ 20km, meta Galea naqas għad-distakk biex eventwalment qabeż lil Muscat. Il-postijiet reġgħu nqalbu, madankollu l-pass determinat ta’ Galea rawh jidħol fit-tranżizzjoni qabel Muscat.

Muscat mar fil-vantaġġ fil-ġirja iżda Galea kien determinat li jilħqu.  Spinta determinata minn Galea ratu jnaqqas id-distakk, b’Galea jaqbeż lil Muscat ftit wara. Wara li laħaq it-2.5km, Galea kompla javvanza biex ħa r-rebħa tal-ġurnata, madankollu it-tnejn taw wirja notevoli biex baqgħu jisfidaw lil xulxin tul it-tellieqa kollha.

Intant, warajhom Josef Bonavia u Josef Azzopardi kienu qedin jissieltu għat-tieni post. Bonavia kien quddiem Azzopardi kif ħarġu għall-ġirja ta’ 5km, madankollu f’wirja oħra soda ta’ Azzopardi, dan tal-aħħar kompla jonqos d-distakk qabel ma’għadda lil Bonavia  biex jieħu t-tielet post.

Il-kategorija tan-nisa rat lil Schembri Rodgers tiddomina t-taqsima tal-għawm. Għalkemm l-ewwel ħarġet mill-ilma, Krista Kuusjiarvi li għanda aktar esperjenza tat wirja b’saħħita fuq tar-rota li ppermettietha tieħu l-vantaġġ u stabbiliet il-pass għall-kumplament tat-tellieqa. Kuusijarvi rebaħ it-tellieqa f’1:09:08. Hija kienet segwita minn Schembri Rodgers u Lindsey Zammit.

Il-President tal-klabb Ray Grech ippreżenta t-trofej lill-ewwel tliet irġiel u nisa immedjatament wara t-tellieqa.

Sadanittant, il-Club ospita wkoll duathlon għaż-żgħażagħ,maqsuma fi tliet kategoriji j. Il-kategoriji raw atleti żgħażagħ bejn id-disa’ u l-15-il sena jieħdu sehem f’diversi distanzi. Kategorija 1 rat l-iżgħar atleti jieħdu sehem. L-ewwel tliet atleti li spiċċaw kienu Oliver Buccheri, Kruiven Farrugia u Luca Azzopardi. Il-Kategorija 2, li rat l-akbar parteċipazzjoni rat lil Neil Cassar, Leo Buccheri u Jake Refalo jispiċċaw l-ewwel ġenerali. Fl-istess Kategorija ħadu sehem tliet tfajliet, f’din l-ordni spiċċaw Nina Debono Curmi, Katie Vella Wood u Kim Micallef Cann. Fil-Kategorija 3, Liam Daly spiċċa l-ewwel, segwit minn Aiden Muscat u Zija Fuji – li kienet l-ewwel tfajla li spiċċat. It-tielet raġel kien Nathan Pace. Iż-żewġ tfajliet l-oħra li qed jikkompetu f’din il-kategorija kienu Julia Schembri u Kaya Lee Agius.

L-avveniment multisport li jmiss imtella’ minn Birkirkara St. Joseph Sports Club se jkun Olympic Distance Triathlon li jsir fl-14 ta’ Mejju, fis-Salina fis-730 ta’ filgħodu.

Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa, u t-triatleti li jixtiequ jieħdu sehem għandhom jirreġistraw online – https://bsj.mt/event/2023-bsj-olympic-triathlon-race-1/

Registrazzjonijiet għandhom jaslu sa mhux aktar tard mill-Ħamis 11 ta’ Mejju.

Il-Klabb jixtieq jirringrazzja lil Go&Fun talli appoġġjaw is-sensiela,  kif ukoll lil Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar,  Transport Malta, lill-Kunsill Reġjonali tal-Lvant u lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar għall-għajnuna tagħhom lejn din it-tellieqa.

Go & Fun BSJ Sprint Triathlon – Riżultati tal-Ewwel Tellieqa

 Irġiel Nisa 
1Keith Galea (Birkirkara St. Joseph) –1:03:06Krista Kuusijarvi (Birkirkara St. Joseph)  –1:09:08
2Ryan Muscat (TriGozo)1:03:37Maya Schembri Rodgers (Agones SFC)1:11:53
3Josef Azzopardi (TriGozo)1:03:43Lindsey Zammit (St. Patrick’s AC)1:16:35

Sport