Saturday, February 7, 2026

Bidwi l-Isptar wara li weġġa’ b’mutur tal-ħart fl-Imġarr

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li aktar kmieni dalgħodu, bidwi ta’ 65 sena weġġa’ b’mutur tal-ħart. 

Jidher li l-inċident seħħ fl-għalqa tal-bidwi li tinsab fi Triq is-Santi fl-Imġarr. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel assistenza sakemm dan ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Intant permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugej Said qalet; “ Ħsibijieti jmorru fuq il-bidwi li aktar kmieni llum jidher li weġġa waqt ħidmietu f’għalqa fil-limiti tal-Imġarr. Il-Bambin iżomm idejh fuqu”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport