Thursday, March 27, 2025

Biex issir Sports Massage Therapist kulma trid hija ftit paċenzja, dedikazzjoni, studju u vokazzjoni – Chris Maggi

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif iddeċidejt li ssir sports massage therapist?

Kont trabbejt fil-qasam tat-turiżmu u attivitajiet turistiċi kienu xi ħaġa ta’ kuljum għalija. Parti minn dawk il-attivitajiet kienu jkunu il-qasam tal-wellbieng li joffru l-lukandi. Niftakar ta’ 16-il sena, ommi ħaditni għand beautician għall-birthday u introduċietni fid-dinja tal-wellbeing. Kien minn hemm li bdejt ninteressa ruħi fuq kura alternativa. Fl-2009 ħabib tiegħi Aaron Ancilleri (Sports Massage Therapist rinomat f’Malta) ħajjarni nagħmel kors ta’ Massage Therapy fejn fl-istess sena bdejt l-ewwel minn ħafna korsijiet tiegħi. Minn hemm skoprejt sengħa li kienet togħġobni immens u dik il-ħaġa li nkun ta’ għajnuna għall-persuna oħra minn dejjem kienet togħġobni. Mill-2010 bdejt nuża din is-sengħa ta’ Massage Therapy bħala servizz kemm ġo timijiet sportivi kif ukoll għall-individwi. 

Kemm huwa importanti x-xogħol ta’ sports massage therapist biex jipprevjeni injuries fl-isport?

Għalkemm massage techniques ilhom jeżistu mill-ewwel provi ta’ qasam mediku fl-istorja tal-bniedem peró ftit hemm provi dokumentati. Tista’ tgħid li dawn l-aħħar 40 sena u ħafna iżjed dawn l-aħħar 15-il sena li qed ikun hawn riċerka serja ta’ kemm huwa ta’ benefiċċju massage therapy għal kull persuna din hija konġunta ma’ fejn l-isport sar jiġi meqjus bħala xjenza u arti. Mill-esperjenza nista’ ngħidlek li sports massage therapy biex ikun effettiva għall-persuna sportiva, it-terapijja trid tkun parti minn skeda tal-atleta/individwu. Sports Massage therapy huwa iżjed effettiv hekk għax tkun qed tipprevjeni korrimenti muskulari kif ukoll għandu effetti pożititvi oħra fiżjoloġikament kif ukoll psikoloġikament. Kemm-il darba jkolli klijenti fejn raw titjib fil-wirjiet tagħhom meta jużaw is-servizz ta’ Sports Massage u huwa ta’ sodisfazzjon kbir meta jgħiduli personalment li fis-suċċess tagħhom jien bħala terapista kont parti minnha. 

Kif tqis il-menatlitá tal-isport f’pajjiżna, u kif rajtha tinbidel matul is-snin?

Ix-xjenza tgħid (mod sempliċi) li biex jaħdem il-moħħ, għandu bżonn l-ossiġnu. Iżjed ma tkun b’saħħtek iżjed tipproduċi ossiġnu, mela alura ma nistax nifhem meta attivitá fiżika titqies bħala xi ħaġa inferjuri mit-tagħlim ieħor li nsibu ġo skola. Din il-mentalitá li ħakmitna b’mod negattiv fejn irriżulta li ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ waqgħu fil-ħakma tal-mard fiżiku u mentali, kif ukoll rajna fejn nies waqgħu fi drawwiet ħżiena. Hawn ħafna individwi kif ukoll organizzazzjonijiet li qegħdin jippruvaw ibiddlu din il-mentalitá mhux biss fil-ħajja soċjali imma kif ukoll f’livell amministrattiv b’ċertu suċċess. Tista’ tgħid li dawn l-aħħar 12-il sena saru ħafna proġetti fil-qasam sporttiv u fejn saħansitra fetħu skejjel dedikati għall-isport. Għalkemm għad hawn min jara l-isport bħala xi ħaġa ta’ passatemp jew agħar, ħela ta’ ħin, din il-mentalitá bilmod qiegħda tinbidel. Grazzi għal ħafna inizjattivi llum issib li attivitajiet sportivi qegħdin jiżdiedu kemm ġo Team Sports kif ukoll Individual Sports. Qegħdin naraw ukoll li l-isport jikkrea diversi xogħlijiet li qed jiġu introdotti ġo Malta sa anke qed naraw nies li l-qasam sportiv tagħhom huwa l-fulltime tagħhom, xi ħaġa li barra minn Malta din ilha sseħħ u din il-ħaġa Malta qiegħda tikber. Flimkien ma’ atleta l-isport joħloq diversi xogħlijiet li jinkludi fil-qasam amministrattiv, mediku u tekniku. Apparti dan l-isport internazzjonali jġib miegħu ukoll titjib fl-industrija tat-turiżmu. Hija ħasra peró meta tara fil-media soċjali meta ssir xi attivitá sportiva u tara nies igergru minħabba xi għeluq ta’ triq jew tgħajjir esagerat li joħloq ċerta tensjoni meta suppost l-isport iġġib l-għaqda. Hemm bżonn li ssir iżjed għarfien fejn tidħol l-importanza tal-isport fil-ħajja soċjali u mhux biss narawh bħala passatemp jew kif ukoll xogħol. Huma ftit dawk in-nies li jistgħu jgħidu li “xogħli huwa għal qalbi ħafna.” Min jaħdem fil-qasam sportiv huma ftit minn dawk in-nies li jistgħu jgħidu dik il-frażi. Nista’ ngħid li jien wieħed minnhom u ħafna jistgħu jgħidu bħali u maż-żmien iżjed nies qed jispiċċaw wara ħafna ħidma u dedikazzjoni jgħidu dik il-frażi fil-qasam sportiv. Il-progress ma jridx jieqaf u rridu dejjem naraw u nieħdu t-tagħllim mill-ġirien tagħna Ewropej fejn hemm fost l-aqwa oqsma sportivi li tista’ ssib fid-dinja, xi ħaġa li għandna jħossuna fortunati. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq isir sports massage therapist.

Biex issir Sports Massage Therapist kulma trid hija ftit paċenzja,dedikazzjoni, studju u vokazzjoni. L-ewwel ħaġa li titgħallem hija li inti m’intix persuna medika imma trid taħdem mal-mediku biex titgħallem. Għaldaqstant jien nagħti parir li malli ġġib id-Diploma ta’ Sports Massage Therapy li ġeneralment tkun it-tieni Diploma tiegħek, issib nies mediċi bħall-fiżjoterapista li tkun tista’ ġġib l-esperjenza. Tista’ tgħid hemm tliet oqsma li taħdem f’din l-industrija. Għandek jew taħdem ma’ tim jew assoċjazzjoni sportiva, Tiftaħ jew taħdem ġo Beauty Shop, kif ukoll illum hawn kliniċi privati fejn iħaddmu Massage Therapists. It-tagħlim ma jiqafx anzi prova kull sena agħmel xi kors, workshop jew diploma oħra. Ħaġ’oħra li nissuġġerixxi, xi ħaġa gdida fid-dinja hi li tieħu sehem ġo kompetizzjoni tal-massage. Dawn ilhom isiru għal dawn l-aħħar ħames snin kemm fl-Ewropa kif ukoll fix-xena internazzjonali fejn mhux biss tikkompeti imma wkoll titgħallem mingħand fost l-aqwa massage therapists fid-dinja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport