Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet min mindu kelli tliet snin. Kont immur nara lil ħija jittrenja u kont inkun irrid nilgħab miegħu.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Zurrieq FC.
L-esperjenza tiegħi bħalissa maż-Zurrieq hija waħda tajba ħafna u għal qalbi, għax qiegħed nitgħallem ħafna kemm mill-kowċis kif ukoll minn sħabi l-plejers, li dejjem jinkoraġġuni u jgħinuni inkun plejer aħjar.
X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?
Ovvjament bħal kull klabb fiċ-Challenge League nixtiequ li niġu mal-ewwel tmienja, imma l-importanti li nimxu logħba logħba u naraw min hemm.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Nemmen li l-livell tal-futbol Malti qed isir iktar iebes maż-żmien, speċjalment bl-ammont ta’ plejers barranin li qegħdin kulma jmur jiżdiedu.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob tagħkom?
Nemmen li l-grawnds mhumiex l-aħjar ħaġa li għandna hawn Malta.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Nixtieq li forsi xi darba jirnexxieli nagħmilha fil-Malta Premier.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Biex tasal fil-futbol irid ikollok id-dixxiplina u dejjem tagħti ħiltek kemm fis- sessjonijiet ta’ taħriġ kif ukoll fil-logħob, u qatt m’għandek taqta’ qalbek għax xi darba jiġik iċ-ċans!