Saturday, December 14, 2024

“Biex tgħix fil-paċi trid teħles minn dak kollu li jagħmlek ilsir”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Patri Mintoff jisħaq li “dakinhar Papa Giovanni kien għamel dan l-appell lill-Franġiskani.  Kien qrib ħafna tal-Franġiskani u trabba magħhom.    Kien qalilhom irridkom tgħinuni biex iżżommu l-knisja ma taqgħax bħal  ma San franġisk fi żmienu żamm il-knisja ma taqgħax. Dan kien l-ewwel li nxteħet f’moħħna. U imbagaħd il-provincjal ta’ dak iż-żmien, Patri Wistin Portelli, sejħilna biex flimkien naraw x’se nagħmlu. Sejjaħ lili, li kont għadni żgħir u qalli aħseb f’xi ħaġa  u bdejna dan il-proġett ta’ edukazzjoni għall-paċi.  L-edukazzjoni għall-paċi, ma tfissirx ħaġa oħra ħlief li teħles minn dak kollu li jżommok ilsir,  għax hekk biss tista’ tgħix fil-paċi. Ħallih f’idejja l-proġett u bdejna nistudjaw dan il-proġett li ħlomna bih.”   

Għaliex Ħal Far… għax it-tmexxija kollha tal-gwerra kienet minn hawn

Jgħidilna li  “ridna nsibu post li jkun simbolu ta’ din il-ħġpa. Fittixna bil-kwiet, sakemm sibna din ir-roqgħa f’Ħal Far.  Għaliex Ħal Far?  Fi żminijietna saru żewġ gwerer kbar. Il-gwerra l-kbira, gwerra fuq il-baħar u l-aħħar gwerra li kienet fl-ajru. Ħal Far kien hawn l-akbar gwerra li tidher għax kien hawn l-ajruport, u l-akbar gwerra li ma tidhirx għax kien hawn it-tmexxija tal-gwerra kollha minn hawn. Ġo Ħal Far, l-Ingilterra ġabret l-aqwa nies li kien hawn fil-Commonwealth u imlietu kollu barracks b’nies suwed u Ingiżi.  Il-Maltin lis-suwed kienu jsibuhom tal-Bazuto. Hawn kien il-post moħbi fejn l-akbar mexxejja kienu jidderieġu.  Għalhekk kienu jiġu Malta apposta għax kellhom il-bejta moħbija. Min kienu l-mexxejja li ġew Malta biex flimkien l-alleati jiltaqgħu u jaraw kif inhi sejra l-gwerra u jkomplu jmexxu. Kienu Churchill u Roosevelt li kien President tal-Amerika. Stalin ma ġie qatt imma ġie Molotov li kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin. Tant kien importanti għalihom Ħal Far li l-aħħar laqgħa li għamlu meta spiċċat l-gwerra, biex imbagħad jaqsmu bejneithom ir-rebħa, iddiskutewha kollha hawn. Minn hawm marru Yalta biex jiffirmaw. Għalhekk għażilna dan il-post. Dan il-post kien il-ħmira kollha u t-tmexxija tal-aħħar gwerra.”

“Għedna dan il-post irridu noħorġu minnu kull eku ta’ gwerra”

Patri Mintoff jgħidina li “dan il-post, għedna irridu nidħlu fih u noħorġu minnu kull eku ta’ gwerrra.  Kull nifs li ħa l-bniedem dakinhar, ħammeġ l-arja.  Issa dan il-post irriduh ikun il-post li jfakkar il-paċi. Ftehmna mas-servizzi li neħduh aħna b’secondment b’dan l-iskop. Meta spiċċaw is-servizzi ħadnieh aħna.

Neħħejna l-ħwienet li kien hawn fosthom tax-xorb. B’kollox hawn kien hawn mal-4,000 raġel. Kien hawn ġuvnott minn dawn is-suldati, li kien joqgħod jippridkalhom. Kien jismu Nikola u kellhom kappella li ddedikawha għal San Nikola minħabb dan il-ġuvni. Aħna l-post għamilnieh ġnien u ġibna l-ħamrija barmil barmil biex sar ġnien biex ikun post biex jiltaqgħu n-nies. In-nies kienu se jiġu hawn mhux biex joqtlu imma biex jifirħu. Konna niltaqgħu mijiet ta’ nies kull nhar ta’ Ħadd. Konna nagħmlu talb, seminars u laqgħat.   Rajna x’isem se ntuh. Mhux se nitħaddtu fuq gwerra u mhux se ngħixu l-passat.  Rajna kif se ssir l-edukazzjoni.  Bdejna naraw x’kien hemm qabel marbut mas-servizzi u allura l-gwerra u nibdew neħilsu minn dan u ndaħħlu l-ġdid.”

Jisħaq li “dak iż-żmien f’għeluq snin  ir-reġina, il-Commonweatlh kollu kien jirrakkomanda lir-Reġina lil xi ħadd li f’dak il-post ħadem għall-Imperu Ingliż u r-reġina tirregalalu l-midalja OBE.  Aħna ridna li malli Malta ma tibqax aktar marbuta toħloq l-ewwel midalja tagħha. Tlabna l-gverrnatur u gvern biex tinħoloq midalja ‘Premju għat-Tjubija’ u semmejniha għal Papa Ġwanni XXIII. Dan ikun mhux dak li l-aktar bil-moħbi ħadem għall-Imperu imma dak li l-aktar li għamel ħniena ma’ xi ħadd ieħor. Bdejna bi tfal biex tidħol edukazzjoni fi tfal. Dan kien l-ewwel pass li għadu jsir sa llum. Dik l-ewwel midalja li nħolqot f’Malta flok l-OBE. Ma tistax titkellem fuq paci u taħqar lil ta’ taħtek.  F’dak iż-żmien min kellu xi ħadd li hu batut kien jistħi jgħid bih.  Jekk kellu tifel bi bżonn speċjai jaħbieh. Jekk kellu xi ħadd li għadda minn xi żball, kien jistmerru. Bdejna bl-edukazzjoni ukoll għal dawn in-nies. Ridna nilħqu lit-tfal kollha li bdew jikbru.  Allura għedna it-tfal iħobbu jikkuppjaw lill-kbar. Rajna fejn huma l-problemi kollha li kellhom l-għerq fid-dinja kollha u min kienu in-nies li issugraw biex jgħallmu lil ħaddieħor.”

Ikompli jgħid li “jekk ridna li tfal żgħar jikkuppjaw lil xi ħadd li fil-kobor tiegħu, ma jinsiex lil min qed ibati, għażilna lil Dag Hammarskjold li kien Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. Dan ma nesiex liż-żgħir u mar hu personalment kbiex jgħaqqad bejniethom pajjiżi Afrikani żgħar biex jagħmilhom paċi. Kellu jagħti ħajtu għalihom għax qatluh hemm. Papa Giovanni ma riedx jisma bi gwerer u ried il-paċi. Kellek lil Luther King li għalkemm kien tifel ta’ Pastor u seta’ jgħix komdu, hu mar jaqbeż għas-suwed u drittijiet tagħhom. Aħna u poġġejnih bħala l-mudell għar-razziżmu. Tant apprezzaw ix-xogħol tagħna fl-edukazzjoni li familja ta’ Hammarskjold bagħtitilna biċċa mill-ajruplan li fih inħaraq bħala rigal.  Konna nagħżlu personaġġ kull sena u niddedikaw sena għalih u biex ngħallmuhom sewwa żgur, il-gvern ħalla f’idejna biex  isir kurrikulum u b’hekk daħal fl-iskejjel it-tagħlim soċjali għal-ewwel darba fl-iskejjel. Ma kienx jeżisti qabel u anke tħarrġu l-għalliema. In-Nazzjonijiet Uniti faħħritu bħala il-mudel għad-dinja kollha. Bdejnieh mit-tfal żgħar sal-università. Daħal kullimkien bħala suġġett onorat.  Qed jistudjaw ħajja ta’ bniedem u l-problemi ta’ dakinhar.”

Ritratt: Roger Azzopardi

‘Sejħulha invażjoni…qalu li ġew biex jagħmluna Musulmani… se jeħdulna ix-xogħol… ituna l-mard”

Jgħidilna li “t-tielet proġett kien ix-xandir. Ilna aktar minn 60 sena inxandru kuljum nota żgħira ta’ paċi. Ix-xogħol baqa’ sejjer. Għandna l-quddies għax nemmnu fit-talb u dik saret parti essenzjali mix-xogħol tagħna. Jekk trid tkun taf il-problemi ta’ bniedem għix miegħu.  Hemm tkun tafu. Biex issolvilu l-problemi kollha tiegħu, trid tgħix m’Alla.  Għexna għalihom fit-talb.  F’ġurnata waħda, waqt li kellna seminar, nisimgħu ħafna  biki u għajat kbir. Ma stajniex nifhmu x’qed jiġri. Ħadd ma beda jgħid xejn kollox sigriet.  Filgħodu sirna nafu li dakinhar kienet daħlet dgħajsa b’mitejn ruħ mill-Eritrea.  Bla dokumenti u bla xejn. Kienet l-ewwel invażjoni ta’ dawn in-nies. Sejħulha invażjoni u qalu li dawn in-nies ġew biex jagħmluna Musulmani, jeħdulna x-xogħol, ituna l-mard. Hekk kienet l-għajta ta’ kulħadd. Flok ħaduhom il-ħabs kif kien isir, għamlu ħabs hawn u ġabuhom faċċata tagħna. U aħna għedna. Alla bagħathom wara il-bieb tagħna mhux biex inħarsu lejhom u ngħidulhom imsieken. Lil dawn għamlulhom il-ħajja diffiċli biex ma jibqgħux jiġu aktar.  Nofshom hawn u nofshom ta’ Kandja mal-aktar suldati ħorox biex ma jibqgħux jiġu. Aħna ftaħna il-Laboratorju għalihom għax rajna li mal-uġiegħ l-ieħor issa hawn dan l-uġiegħ.  Għedna għandna bicca xogħol oħra. Għalhekk semmejnieh Laboratorju biex kull sena nistudjaw fejn hemm bżonn.

Dħalna għalihom fl-aktar żminijiet koroh. Meta bagħtuhom lura l-Eritrea u qatluhom.  Konna waħidna. Lanqas avukati ma stajna insibu. Sibna biss lil George Abela u irbaħna l-kawża. Waqt li ħdimna f’din il-kawża ġdida,  ix-xogħol li kellna ma tlaqniehx. Ma tistax għax għandek marda ġdida l-oħrajn tħallihom imutu.  Trid tieħu ħsiebhom it-tnejn.  Minn dakinhar ‘lhawn ma kienx hawn rokna ta’ uġiegħ li ma dħalniex fiha. Bil-kwiet u dak li bdejna għadna sejrin bih sa llum u dejjem inżidu. Qatt ma morna inxejru bnadar u għajat. Dak li bdejna baqa’ sejjer bl-istess ħeġġa ta’ dakinhar.  Il-futur qed narawh bl-istess ħeġġa ta’ llum.

Il-Papa għalhekk għażel hawn. Meta l-gvern u knisja talbitu biex jagħmel żjara. Aċċetta bil-qalb imma għal Papa Franġisku,  meta jmur f’post imur għal kulħadd imma imbagħad irid ikun ċert li ta’ taħt li qed jerfa’ kollox hu għax qed taħt, qed jerfa’ l-indifferenza tiegħek, l-egożimu tiegħek, il-kapriċċ tiegħek u lil kulmin żammejt ilsir, jiġi  l-ewwel. Għalhekk m’hemm ħadd li għandu jibqa’ ilsir.  Għalhekk għażel hawn ukoll għax din it-tbatija  li mort f’pajjiż barrani li  la taf x’jieklu, la taf  x’se jiġri, la taf lil min iħobbu jew jobogħdu,  Qisek mort fl-ajruport ta’ Londra u int waħdek ma taf lil ħadd. Ikun hemm ħafna nies mid-dinja kollha Eluf ta’ nies Imma  ħadd ma jagħti kasek għax m’għandux interess fik. Tibqa’ waħdek f’post mimli nies. Il-Papa jgħid li ħadd m’għandu jibqa’ waħdu għalhekk isemmi l-kelma akkoljenza. Akkoljenza tfisser mhux tgħaddi minn ħdejn dak i jkun  u tgħidlu jaħasra.imma tieħdu id-dar u jiekol fuq il-medja miegħek u ttih post fejn jorqod  daqs li kieku kien ibnek. Għax jekk inti tistma annimal u ddaħħlu id-dar u ttiħ jiekol u tixtrilu, trid tagħmel hekk ukoll mal-bniedem. Ma’ kull bniedem trid tagħmel hekk hu min hu. Għalhekk il-Papa kull meta jsiefer jitkellem fuq dawn in-nies u l-faqar.”

Spjegalna li “aħna qabel ma ġew dawn Malta, u kif sar Papa Franġisku, mill-ewwel għedna li se jkun hemm xi ħaġa li jaħdem għaliha. Papa Giovanni qabad u ħareġ mill-Vatikan u l-ewwel priedka għamilha billi mar il-ħabs.  Tlett ijiem wara li sar Papa,  Franġisku mar Lampedusa biex jara fejn dawn qed jegħrqu. Meta ġie biex jagħmel quddiesa qalulu m’hawnx altar, qabad dgħajsa u qalilhom dan l-isbaħ altar  u talab għan-nies li għerqu u baqa’ jsegwi. Meta wasal biex jiġi Malta qal li jekk jiġi Malta hemm min ma jemminx bħalna. Qal li  ma jistgħux jiġu huma inmur għandhom jien. Fejn se nsib li kulħadd? Lill-Isqof u l-Gvern qalilhom li l-ewwel post li nżur hu Laboratorju għax hemm insib lil kulħadd bħal aħwa. Spiċċa d-diskors fl-aħħar sentenza u  qal kemm kien kuntent li qed fil-laboratorjui imma jixtieq li mhux Ħal far imma Malta kollha tkun laboratorju tal-paċi.

Ekonomija

Sport