Minn Cristian Muscat
Proprju ftit tal-jiem ilu, l-iskorer prolifiku Adrian Carabott laħaq it-tragwrd tal-100 gowl tiegħu bil-flokk ta’ Zejtun Corinthians FC.
Huwa tana iktar dettalji, fotshom x’ifisser għalih dan it-tragward, l-andament ta’ Zejtun Corinthians FC matul dan l-istaġun sa issa, u x’inhuma t-tragwardi tal-istess tim għall-kumplament tal-istaġun.
Fi kliemu:
“Bħala tim qegħdin tim tajjeb u qegħdin nagħtu logħba lil kulħadd!
L-aħħar logħba tlifna bl-iskor ta’ 6-5 ma’ tim li qiegħed fl-ewwel post tal-klassifika, jiġifieri Attard FC.
Proprju f’dik logħba skurjajt il-100 gowl tiegħi bil-flokk ta’ Zejtun Corinthians FC.
Biex tiskorja 100 gowl mhix xi ħaġa faċli speċjalment meta tkun tilgħab winger bħali jew bin-numru 10.
Trid tagħmel ħafna sagrifiċċji, tkun dedikat u dejjem tkun lest li tagħti kollox fil-logħba, speċjalment meta tkun qiegħed tilgħab għal pajjiżek, fil-każ tiegħi, Zejtun.
Fil-karriera tiegħi jien lgħabt ħafna fl-Ewwel Diviżjni u anka lgħabt fil-Malta Premier.
Fit-Tieni Diviżjoni ftit lgħabt fejn irbaħt darbtejn il-Kmapjonat ma’ Zejtun u ksibt promozjoni ma’ Marsaskala wkoll.
Issa li kbirt erġajt inżilt l-aħħar sena ma’ Zejtun fejn fi tmiem l-istaġun ħa nkun qiegħed nirtira mill-futbol għal kollox!
Nemmem li bħala grupp ta’ plejers ta’ Zejtun Corinthians FC, dis-sena qegħdin tim magħqud u żgur li ħa nibqgħu nissieltu sal-aħħar!”

