“Bija u mingħajri l-maratona tal-25 ta’ Settembru trid issir. Irridu ngħinu ħafna nies”. Qal dan b’diffikultà Bjorn Formosa mill-Isptar Mater Dei.
Il-ħbieb tiegħu qalu li Bjorn jinsab f’qagħda kritika u sarlu intervent biex isalvawlu l-kliewi. It-tobba qalu li għandu ħafna ġebel kbar li qed jaffettwawh ħafna u li s-sitwazzjoni mhix faċli.
Minkejja li jinsab f’kundizzjoni daqstant batuta Bjorn baqa’ moħħu biex jgħin lil dawk bil-kundizzjoni tal-ALS.
F’appell aħħari, huma talbu lill-pubbliku biex iżommuh fit-talb tagħhom.