Ser tiġi organizzata Bike Ride nhar is-27 ta’ Novembru sabiex tiġi onorata l-memorja ta’ Jack Schiavone b’kollaborazzjoni mal-Malta Community Chest Fund. Niftakru li Jack kien ħallina aktar kmieni din is-sena u kien atleta li għamel unur lil pajjiżna fl-isport taċ-ċikliżmu. Jack kellu għal qalbu u passjoni kbira lejn dan l-isport u għaldaqstant ġie deċiż li din il-Bike Ride bl-isem ta’ ‘Cycling with Jack – For l-Istrina’. L-idea hi li jinġabru donazzjonijiet għal din il-Fondazzjoni li anke Jack ibbenefika minnha wkoll waqt il-marda tiegħu bil-pjan li din issir parti mill-kalendarju annwali tal-avvenimenti tal-Malta Community Chest Fund.
Din ser tkun bike ride miftuħa għall-familja kollha – kbar u żgħar filwaqt lir-rotta ser tkun ukoll waħda divertenti li jistà jgawdi minnha kulħadd. Il-Bike Ride tibda mill-parkeġġ tal-Luxol ground sa Quisisana Sliema u lura.