Fetaħ showroom ġdid f’Ħaż-Żebbuġ bl-isem “Bikeworld” bil-għan li l-klijenti jkunu jistgħu jiċċaqilqu minn post għall-ieħor bl-inqas impatt fuq l-ambjent. Bikeworld għamilha bħala l-missjoni tiegħu li jqajjem kuxjenza u jippromwovi aktar it-trasport li jaħdem bl-elettriku f’pajjiżna.
“Immaġina l-ħin li l-vjaġġaturi jistgħu jiffrankaw fil-vjaġġi tagħhom ta’ kuljum li kieku kellhom jaqilbu għal mutur jew scooter. Bikeworld japprezza li din il-bidla mhix waħda faċli, u hemm ħafna mistoqsijiet, speċjalment minn dawk li qatt ma saqu vettura b’żewġ roti,” intqal fi stqarrija maħruġa minn Bikeworld.
Il-General Manager Etienne Attard qal li: “f’Bikeworld irridu nagħtu l-aqwa prodott lill-klijenti tagħna u b’din il-filosofija f’moħħna ħdimna biex nippromwovu l-aktar ditti rinomati. It-tim tagħna huwa dedikat biex joffri servizzi u appoġġ lill-klijenti biex jagħmlu l-għażla t-tajba.”