“Il-Kungress Nazzjonali li għadu kif għadda kien mument importanti ta’ riflessjoni u tiġdid għat-trejd unjin tagħna. Kien ukoll okkażjoni fejn ġew konfermati ħatriet ġodda, li jkomplu jagħtu enerġija u direzzjoni ċara ‘l quddiem,” qal Jason Gatt, maħtur bħala Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni.
“Nemmen li flimkien se nkunu qed inħarsu lejn il-futur magħqudin u determinati li nkomplu nkunu vuċi b’saħħitha għall-ħaddiema kollha, permezz tal-impenn tagħna favur xogħol dinjituż u drittijiet ugwali għal kulħadd.”
Hawnhekk huwa semma’ kif permezz tal-parteċipazzjoni tal-kelliem Manav Sanger kull min kien preżenti sema’ perspettiva diretta dwar ir-realtajiet tal-ħaddiema barranin f’pajjiżna.
Żied jgħid li, “fuq nota personali nixtieq inkompli nżomm kuntatt dirett mal-ħaddiema u nħeġġiġhom biex ikunu attivi f’din it-trejd unjin. Il-parteċipazzjoni tagħhom hija essenzjali, għax flimkien nistgħu nkattru l-ġid, intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u nkomplu nsaħħu l-vuċi kollettiva tagħna. L-għaqda tibqa’ s-saħħa tagħna, u bil-kontribut ta’ kull ħaddiem nistgħu nibnu futur aħjar għal kulħadd.”



