Friday, December 20, 2024

“Bil-lejl waqt għassa f’Tal-Virtu ġie wiċċ imbwiċċ mal-Papa Benedittu jippasiġġa fil-ġnien”

Aqra wkoll

Paul Bonello isemmi ma’ Talk.mt ukoll iż-żjara ta’ Papa Benedittu XVI u jgħid li “din kienet żjara kemmxejn differenti. L-ewwel stennija tal-Papa Benedittu mit-tluq fl-ajruport kienet fi Pjazza San Ġorg u l-Palazz Presidenzjali fejn iltaqa’ mal-għola awtoritajiet ta’ pajjiżna. Wara saret iż-żjara fir-Rabat fil-grotta ta’ San Pawl u laqgħa fil-pjazza tal-Bażilika is-Sibt 17 ta’ April 2010. Lejn tmiem il-vista pastorali fir-Rabat il-Papa Benedittu XVI wasal fin-Nunzjatura f’Tal-Virtu Rabat fejn straħ għal lejl wieħed mal-komunità Rabtija. Niftakar il-Ħadd 18 ta April,  filgħodu sebaħ bix-xita dejjem nieżla. Kienet saret laqgħa privata ġewwa in-Nunzjatura ma’ grupp ta’ persuni li kienu ġew abbużati fil-passat meta kienu żgħar.  Meta spiċċa minn fuq il-Fosos il-Papa tela’ għal ftit mistrieħ in-Nunzjatura b’vettura prottetiva u mhux bil-Pope Mobile. Wara il-Papa ħareġ għall-aħħar darba mir-Rabat u għadda min ħafna toroq Maltin fejn id-delegazzjoni spiċċat il-Kalkara għall-vjaġġ bil-katamaran lejn il-Waterfront għal laqgħa kbira maż-żgħażagħ. Bħall-ewwel żjara il-Port il-Kbir kien mistenni ħafna dgħajjes u opri oħra. L-AFM u SWAT iċċirkondaw il-katamaran. Kien hemm ukoll sorpriża fejn Pulizija mis-Sezzjoni tal-klieb bil-lejl waqt li kien għassa f’Tal-Virtu ġie wiċċ imbwiċċ mal-Papa Benedittu jippasiġġa ġewwa l-ġonna tan-Nunzjatura bil-lejl. Jidher li l-kelb kien ikkontrollat sew minn sidu.”

Itemm jgħid li “s-sigurtà ta kull kap ta stat li ġew fostna, żgur li dejjem kienet mill-aqwa fejn il-Forzi tal-Ordni kollha ħadmu flimkien. Nawgura ‘l kulħadd il-ħidma t-tajba”.

Ekonomija

Sport