Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba u l-passjoni tiegħi lejn il-futbol bdiet mill-familja tiegħi. Ġejt imsemmi għal eks futboler George Weah, u kbirt nara l-futbol u noħlom li dejjem nista’ nkun aħjar u nitgħallem aktar fuq dak kollu li jinvolvi l-futbol.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala Team Manager u Kollaboratur Tekniku ta’ Rabat Ajax FC, fejn issa se tkun qed taħdem mill-qrib mal-kowċ il-ġdid, Matthew Genuis.
Wara esperjenzi li kelli bhala Match Analyst ma’ skwadri fiċ-Challenge League, National Amateur League 1 u Youth FA (YFA), għadni kif ingħatajt din l-opportunitá biex inkun vicin aktar ta’ din l-iskwadra u viċin aktar tal-kowċ, Matthew Genuis, wara li diġá ħdimt miegħu fil-passat … għalkemm din l-avventura għadha ma bdietx, huwa unur li nkun f’dan l-ambjent.
X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il-livell hemm qiegħed, biss peró, fadal ħafna x’isir.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Il-grawnd hu wieħed li fil-fehma tiegħi huwa tajjeb ħafna, u bis-saħħa ta’ min jieħu ħsiebu wkoll, li dejjem jippruvaw jagħmluh għall-aħjar.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Fil-preżent qiegħed inħares biss li dejjem nitgħallem aktar, ingib aktar liċenzji tal-kowċing, u nkun bi rwol importanti mar-Rabat fid-divizjonijiet li jixirqilhom.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Bil-mentalitá ġusta, dejjem tista’ tkun aħjar mill-bieraħ, u dejjem tkun pass viċin għal dak li toħlom! Kulħadd beda minn bniedem li kellu ħolma … anke l-idoli tagħna!