Mijiet ta’ persuni llum ingħaqdu flimkien biex jagħtu l-aħħar tislima lil Ronald Pisani fil-Parroċċa ta’ Sacro Cuor f’Tas-Sliema. Pisani li kien marmista, artist u mużiċista miet nhar it-Tlieta filgħaxija fl-età ta’ 71 sena.
Fl-omelija tiegħu, Fr Paul Attard waqt li kien qed jindirizza lil Ronald Pisani qal li “You did it your war u rnexxielek… bil-vjolin f’idejk u anke l-iskarpell u l-irħama, inti rnexxielek tnaqqax l-istorja ta’ ħajtek.”
Fr Paul Attard faħħar għal mod kif Ronald u martu Carmen rabbew il-familja u tawgħhom valuri sodi ħafna. Hu semma dak li kienet qaltlu mart Ronald fejn kienet qaltlu li “filwaqt li kien jaħdem lejn u nhar qatt m’abbanduna lill-familja.”
Il-Kappillan qal li issa ibnu għandu jkompli dak li ħalla missieru minħabba li kien hu li ħa s-sena tiegħu. Fr Attard qal lin-nepputijiet biex ikompli jitgħallmu l-vjolin liema lezzjonijiet kienu bdew min-nanna… għax dak hu parti mill-wirt li ħalla Ronald.
Il-Prim Konċelebrant qal li llum tilfet Tas-Sliema, tilfet il-mużika, tilfet il-kultura u tilef ukoll il-partimonju Malti.
Pisani, kien meqjus fost l-aqwa marmisti f’Malta b’karriera ta’ aktar minn 50 sena fejn ħadem diversi opri fl-irħam li se jibqgħu mnaqqxa fl-istorja ta’ bosta knejjes u każini tal-banda Maltin u Għawdxin.
Fost oħrajn huwa kien ħadem l-artal tal-Knisja Ta’ Santa Marija ta’ Ġieżu’ fir-Rabat. Huwa kien qatta’ xhur sħaħ jaħdem l-artal ta’ din il-knisja wara li kien spiċċa frak meta ġġarraf is-saqaf f’Awwissu tal-2017. Inċidentalment huwa kien ħadem l-istess artal madwar 33 sena ilu.
Pisani ħadem fost l-oħrajn madwar 40 artal li jinsabu fil-knejjes u parroċċi madwar Malta u Għawdex.
Fuq xewqa tal-familja, il-Banda Sliema sellment għall-aħħar darba lil eks-mużiċist tal-Orkestra Nazzjonali bil-marċ popolari “Bernardette” li tista’ tgħid jinsab f’kull arkiivju miżukali ta’ kull banda f’Malta u Għawdex. Pisani kiteb aktar minn 100 marċ f’ħajtu.