Saturday, November 23, 2024

Bilanċ assolut bejn GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Floriana Young Stars

Aqra wkoll

Il-holders GREE Żurrieq Wolves Hotsticks spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Floriana Young Stars fil-logħba prinċipali taċ-Challenge Cup, l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey.

Wara skor ta’ mingħajr gowls fl-ewwel quarter, Żurrieq marru minn fuq permezz ta’ Christ Agius sabiex fir-raba’ quarter Anton Saliba ġab l-iskor indaqs.

Umpires kienu John Williams u Keith Calleja.

Qormi Daikin kisbu rebħa kbira ta’ 11-2 kontra White Hart.

Kif jindika r-riżultat, il-Qriema ddominaw mill-bidu sal-aħħar dan il-konfront b’White Hart li kellhom is-sodisfazzjon li jiskorjaw żewġ gowls.

Luke Bajada skorja tripletta, Julian Zahra skorja żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Ayrton Falzon, Juan Sarcia, Steve Tanti, Wyatt Magri, Kyle Micallef u Shawn Dimech żiedu aktar gowls.

Umpire kien Alessandro Amore.

Mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 4-2.

Wyatt Magri skorja doppjetta b’Jannick Schradder u Neil Spiteri Montebello li żiedu l-iskor għar-rebbieħa.

Jerome Carabott skorja doppjetta għal Marsaskala.

Umpires kien Karl Chircop.

Beda l-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil Floriana Young Stars 6-0.

Protagonista għall-Iskalin kien Cayleb Caruana li skorja erba’ gowls filwaqt li Shezlyane Galea Calleja u Alessandro Piscopo għaqqdu l-iskor għat-tim tiegħu.

Umpires kienu Oscar Toledano u Glen Bonello.

Sport