Sunday, December 22, 2024

Ta’ 104 snin jirnexxielu jegħleb lill-coronavirus

Aqra wkoll

Bill Lapschies salva mit-Tieni Gwerra Dinjija u l-pandemija tal-Influwenza Spanjola, u huwa meqjus bħala l-ixjeħ persuna li rnexxielha tfiq mill-coronavirus

Raġel ta’ 104 snin, li rnexxielu jsalva mit-Tieni Gwerra Dinjija u l-pandemija tal-Influwenza Spanjola, huwa meqjus bħala l-ixjeħ persuna li rnexxielha tfiq mill-coronavirus.

Bill Lapschies, li twieled f’Salem fl-1916, beda juri sintomi tal-marda nhar il-5 ta’ Marzu li għadda.

Huwa tpoġġa b’mod immedjat f’iżolament fid-djar tal-anzjani fejn jgħix f’Oregon bil-għan li ma jinfettax residenti oħrajn.

Huwa kien l-ewwel anzjan residenti fid-dar li rriżulta pożittiv għall-virus. Pazjent ieħor, li kellu fuq id-90 sena, miet kaġun tal-virus.

Minn dakinhar ’l hawn id-dar tal-anzjani “Edward C Allworth Veterans’ Home” irreġistrat 16-il każ ta’ coronavirus fost ir-residenti tagħha.

Tmienja rkupraw mill-virus, pazjent ieħor m’għadux juri sintomi tal-marda, tnejn jinsabu f’kundizzjoni serja, u tnejn mietu. tlieta oħrajn huma meqjusin f’qagħda stabbli.

Ekonomija

Sport