Sunday, October 27, 2024

“Billi tkomplu tippruvaw tkissru lilu, mhux se tinbnew intkom… qed tħaddru ħafna nies”

Aqra wkoll

Wara dak li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa komplew ir-reazzjonijiet b’rabta mat-tfittxija fir-residenza tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-kummenti tiegħu f’filmat imxandar ftit wara fl-istess jum.

It-Terapista tal-Familja Charles Azzopardi wara xi perjodu nieqes milli jikkummenta fuq sitwazzjonijiet partiġġjani qal li ma setax jibqa’ sieket quddiem “din l-arroganza”.

Huwa jkompli li “l-ħdura ta’ ċertu nazzjonalisti tibqa’ tixgħel. Tridu taċċettaw li Joseph Muscat rebħilkom fuq kull front. U tridu titgħallmu, naħseb għad baqa’ ħafna, li billi tkomplu tippruvaw tkissru lilu, mhux se tinbnew intkom. Anzi Qed taħdem bil-kontra. Qed tibnu lilu u lill-Partit Laburista.”

Azzopardi jispjega li l-ħdura taljenak minnek innifsek u tossesjonak fuq l-avversarju. Ikompli biex jgħid li minkejja dan kollu għad hemm ħafna li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ iwieġeb qabel il-poplu jaċċetta “dawn il-ħniżrijiet arroganti tagħkom”. 

It-Terapista jkompli li Muscat f’ħames snin ħalla impatt pożittiv fuq in-nies ħafna aktar milli għamlet l-amministrazzjoni preċedenti f’25 sena u  li dan in-nies ħassewh fi bwiethom u rawh madwarhom.

Azzopardi fakkar lill-Oppożizzjoni li jekk kellu jsir stħarriġ ta’ min hu l-aktar maħbub bejn Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni jew dak li kien hemm qablu, jistgħu jbassru x’ikun ir-riżultat. 

Azzopardi tenna jgħid li dan l-aġir minn naħa tal-Oppożizzjoni qiegħed juri lid-dinja li l-ħdura .

Sport