Infrastructure Malta qalet li nhar it-Tnejn se jibdew il-bini mill-ġdid ta’ Triq Wied il-Għajn u Triq Ħaż-Żabbar, il-bypass l-antika bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn.
Il-bypass se jkun qed jinkludi bankini u korsiji għar-roti ġodda u waqfiet għal tal-linja aktar siguri.
Ix-xogħlijiet se jsegwu t-tqegħid ta’ sistemi ġodda tad distribuzzjoni taħt l-art li tlesta mill-entitajiet konċernati s-sajf li għadda.