Wieħed mill-oqsma li l-Gvern qiegħed jagħti prijorità assoluta huwa dak tal-bini soċjali, settur vitali għall-persuni vulnerabbli f’pajjiżna. Dan juri politika fejn illum, l-iżvilupp infrastrutturali mhuwiex biss immirat għall-finijiet ekonomiċi iżda, iħares lejn il-bżonnijiet soċjali ta’ dawk li jeħtieġu l-aktar appoġġ.
Id-Dokument ta’ qabel il-Budget 2026 jelenka proġetti ta’ kostruzzjoni ġodda ta’ blokok residenzjali, b’appartamenti moderni u siguri mfassla biex jagħtu d-dinjità u s-serenità lil mijiet ta’ familji. Il-programmi ta’ riġenerazzjoni urbana, barra titjib fit-toroq, ġabu titjib f’bini eżistenti permezz ta’ lifts ġodda, żoni komuni aktar siguri u sistemi effiċjenti ta’ manutenzjoni. Il-mira kienet u hija li ħadd ma jibqa’ lura u li kull familja fostna jkollha d-dritt għal dar diċenti fi spazju li jħares l-kwalità tal-ħajja.
Sadanittant, is-settur tal-kostruzzjoni qiegħed jitqies bħala mutur importanti tal-ekonomija nazzjonali. Il-Gvern qiegħed jikkollabora mal-industrija biex jissaħħu l-istandards tal-bini, is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-formazzjoni tal-ħaddiema biex il-progress infrastrutturali jkun wieħed sostenibbli ekonomikament u soċjalment.
Illlum il-kostruzzjoni qiegħda tiġi trattata bħala professjoni modernizzata – waħda li tħaddan teknoloġija, taħriġ u responsabbiltà lejn is-soċjetà.