Saturday, May 18, 2024

Binjiet imdawla f’Jum l-Ewropa

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa, diversi bliet prominenti Ewropej xegħlu monumenti storiċi biex ifakkru dan il-jum, li din is-sena seħħ 30 jum biss qabel l-elezzjonjiet tal-Parlament Ewropew. Din il-mixegħla tat dehra differenti lil dawn il-monumenti li jirriflettu l-ġrajja tal-popli.

Apparti hekk, b’din il-mixegħla, il-Parlament Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali u lokali qed jikkollaboraw biex jibagatu messaġġ ta’ għaqda lil 440 miljun ċittadin Ewropew dwar l-importanza li dawn l-elezzjonijiet Ewropej se jkollhom għall-futur ta’ kulħadd.

Jum l-Ewropa fid-9 ta’ Mejju ta’ kull sena jiċċelebra l-paċi u l-għaqda fl-Ewropa. Id-data timmarka l-anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, dikjarazzjoni storika li stabbiliet l-idea tiegħu għal forma ġdida ta’ kooperazzjoni politika fl-Ewropa, li tagħmel il-gwerra bejn in-nazzjonijiet tal-Ewropa inkonċepibbli. Il-proposta ta’ Schuman hija meqjusa bħala l-bidu ta’ dik li issa hija l-Unjoni Ewropea.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport