Friday, December 27, 2024

Bint il-Prof. Casha: “Lanqas nista’ nemmen li qed nikteb dan… Inħossni tant ixxurtjata li kelli lilek”

Aqra wkoll

“Lanqas nista’ nemmen li qed nikteb dan… Inħossni tant ixxurtjata li kelli lilek.” Hekk kitbet Hannah Casha, bint il-Professur Aaron Casha li matul dan il-lejl miet kaġun tal-coronavirus.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-Professur Casha, l-iżgħar vittma s’issa f’pajjiżna kaġun tal-coronavirus, kien qed ibati minn kundizzjonijiet mediċi oħrajn u nstab li kien infettat bil-Covid-19 erbat ijiem ilu.

Intant f’kumment fuq il-midja soċjali, bont il-Professur Casha kitbet: “Lanqas nista’ nemmen li qed nikteb dan. L-ebda kliem ma’ jistgħu jesprimu kemm qed inħoss in-nuqqas tiegħek.

“Kburija ngħid li għamilt dak kollu possibbli biex inġiegħlek tħossok komdu, mifhum u maħbub. Inħossni tant ixxurtjata li kelli lilek.

“Tinsab f’post aħjar issa, minn dan ninsab ċerta. L-unika konsolazzjoni li għandi hija li m’għadikx fi ġlieda kostanti mal-ħajja.”

Ekonomija

Sport