Saturday, December 21, 2024

“Binti fieqet bil-fidi kbira li kellha lejn il-Madonna”

Missier Jimena jitkellem għall-ewwel darba dwar dak li għaddiet minnu bintu

Aqra wkoll

“Binti fieqet bil-fidi kbira li kellha lejn il-Madonna.” Hekk stqarr missier Jimena, it-tfajla ta’ 16-il sena li qalet li sar miraklu magħha waqt li kienet qed tattendi l-Jum Dinji tal-żgħażagħ f’Lisbona.

Il-missier f’intervista li ta fuq radio Spanjol qal li “binti kienet konvinta li se tmur il-Protugall u tfieq. Hekk kif indunat li kienet qiegħda tara ċemplitilna u lanqas feleħ titkellem… kienet il-ħin kollu tibki. Imbgħad kellimna qassis li kien mal-grupp tal-Ispanjoli fejn spjegalna x’kien ġara.”

Jimena bdiet novena lil Madonna tas-Silġ u din kienet se tispiċċa fil-5 ta’ Awwissu. Il-missier jgħid qabel bdiet il-quddiesa f’Fatima, it-tifla marret tqerr. Kienet veru eċitata għal din il-quddiesa għal kellha fidi kbir li kienet se tfieq. “Wara li tqarbnet ma riditx tiftaħ għajnejja għax beżgħet li ma kinitx imfejqa. Iżda imbgħad x’ħin fetħet għajnejja u ndunat li kienet fieqet ma waqfitx tibki,” qal il-missier filwaqt li sostna li bintu reġgħet rat il-ġenituri tagħha u lil ħbieb wara sentejn u nofs.

Il-missier kompla jispjega l-marda li kellha bintu u li kien kważi mpossibbli li tfieq. Hi kienet tbati minn “accommodation spasm” u kienet aggressiva ħafna, tant li mill-għajn tax-xellug kienet tilfet 95% tad-dawl.

“Ħadnija għand l-aqwa professuri tal-għajnejn iżda kull mediċina u kura qatt ma rriżultaw fil-pożittiv. “It-tim mediku li kien qed isegwi lil Jimena l-aħħar li qalilna kien li ma baqa’ xejn xi jsir u allura kellna għażla li jew tibqa’ taħt il-kura li ma kienet qed tagħti l-ebda riżultati jew inkella nwaqqfu kollox. Jimena kienet talbitna biex inwaqfulha l-kura … għax il-Madonna kienet se tfejjaqa,” tenna l-missier.

Ekonomija

Sport