Sunday, December 22, 2024

B’investiment ta’ €2 miljuni mill-WasteServ se jiġu pproċessati 10 tunnellati ta’ ħġieġ fis-siegħa

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

WasteServ għadha kemm ippubblikat sejħa għall-offerti għall-provvista ta’ linja awtomatizzata ġdida li tagħżel il-ħġieġ. Permezz t’hekk din ser tkun kapaċi tipproċessa 10 tunnellati ta’ ħġieġ fis-siegħa, li jfisser 52,500 flixkun

B’dan l-investiment il-flixken u vażetti tal-ħġieġ ser ikunu qegħdin jiġu magħżula, filwaqt li ser ikun hemm separazzjoni bejn il-ħġieġ ċar u dak tal-kulur. Se tkun ukoll qed tagħżel fdalijiet ta’ ħġieġ ċatt ġejjin mis-settur kummerċjali.

Dan it-tagħmir se jwassal wkoll għal ħġieġ ta’ kwalità aħjar biex b’hekk ikun jista’ jiġi trasformat f’oġġetti oħra bħala parti minn ekonomija ċirkolari. Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Richard Bilocca qal li dan l-investiment ta’ €2 miljun se jkompli jtejjeb il-prestazzjoni tar-riċiklaġġ f’ Malta u jikkontribwixxi għall-miri ta’ riċiklaġġ tal-pajjiż.

“Imqabbla mal-linja eżistenti fejn il-ħġieġ jiġi trasferit fuq conveyor belt u jiġi magħżul manwalment, din il-linja awtomatizzata se żżid b’mod sinifikanti l-effiċjenza operattiva u l-kwalità tal-ħġieġ. Se tkun qed tilqa’ wkoll għall-ħtiġijiet futuri peress li se jkollha l-kapaċità li tipproċessa 21,000 tunnellata ta’ ħġieġ fis-sena li hija aktar mid-doppju tal-kapaċità attwali”, qal is-Sur Bilocca.

Ekonomija

Sport