Friday, May 3, 2024

“Bir-riforma tal-Kannabis hemm problema ta’ droga ikbar”

Bernard Grech, Kap tal-Oppożizzjoni

Aqra wkoll

F’intervista li saret lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, ħareġ li dan il-partit jemmen li kellu raġun fuq għadd ta’ riformi fosthom dik tal-Kannabis. Grech qal dan b’referenza għar-riżenja riċenti tal-Kummissarju tal-Użu Responsabbli tal-Kannabis, Mariella Grech u quddiem realtà li b’din il-liġi, “hemm problema ta’ droga ikbar”.

F’elenku ta’ kritika li dejjem jagħmel kif ikollu ċans, Grech irribatta li imn’alla kien il-Partit Nazzjonalista li għamel għadd ta’ emendi fuq ir-riformi fosthom anke dik tal-IVF li skont huwa mn’alla kieku tal-PN li salvaw din il-liġi fejn issa se jkun hemm ħafna inqas embrijuni iffirżati.

Il-Kap tal-PN imbagħad semma’ r-riforma tal-kirjiet fejn allega li l-Gvern mhuwiex jiddefendi l-kirjiet mentri r-riforma tal-għelieqi u r-raba’ l-emendi tal-Oppożizzjoni, il-Gvern qiegħed jiċaħdhom meta kulma qegħdin jagħmlu tal-PN huwa li jaqbżu għalihom. 

Riforma oħra li aċċenna għaliha hija dik tal-bidla fil-Kodiċi Kriminali fuq it-terminazzjonii tat-tqala fejn il-PN intalab il-pożizzjoni ċara fir-rigward. Grech qal li ma jistax jifhem kif ġew mitluba din il-pożizzjoni meta m’għandhomx id-dettalji fir-rigward u li din għadha ma ġietx indirizzata fil-Parlament. 

Fl-intervista Grech kompla bil-kritika tiegħu fejn ipponta subgħajh lejn is-settur tas-saħħa li skont huwa “hemm problemi serji ħafna” kemm minħabba nuqqas ta’ ħaddiema fosthom infermiera, kif ukoll għal każijiet fejn qegħdin jintbagħtu l-pulizija “għal żgumbramenti ta’ pazjenti mill-Isptar Mater Dei”. Dan qalu b’referenza għall-każ tal-mewt ta’ anzjan fid-dar tiegħu kif ukoll għal każ ieħor li sema’ ta’ anzjan bil-Covid li riedu jibagħtuh lura fid-dar tal-anzjani qabel ma kien ikkonfermat jekk għaddielux jew le. Fir-rigward il-Kap tal-Oppożizzjoni għajjar lill-Gvern b’arroganza u abbuż ta’ poter u ma naqasx milli jirribatti li bħala partit mhux se jagħlqu ħalqhom tant li se jibqgħu jikxfu l-affarijiet u se jibqgħu jitkellmu għall-ġid tal-poplu kollu.

Hawn Bernard Grech tkellem fil-fatt dwar il-Kunsill Ġenerali tal-PN li se jsir fi tmiem il-ġimgħa li ġej fejn qal li dan huwa Kunsill Ġenerali huwa importanti ħafna minħabba li bħala partit se jkomplu jiddiskutu struttura, titjib u rinnovament. Il-Kap tal-PN filwaqt li qal li, “aħna nies normali” u wiegħed li se jkomplu jaħdmu, allega li hemm nies li jridu li l-PN jidgħajjef u min jattakkah, ikun qiegħed jagħmel pjaċir lill-Gvern. Il-Kap tal-PN sostna li, “huwa għalhekk importanti li l-PN jibqa’ b’saħħtu u li jissaħħaħ iżjed għall-ġid tal-pajjiż”.

Sport