Tuesday, December 24, 2024

BirdLife: Għasfur protett kuljum vittma ta’ kaċċa illegali mindu nfetaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

Aqra wkoll

Mindu nfetaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa nhar il-Ġimgħa li għadda, BirdLife Malta u l-Pulizija rkupraw għasfur protett kuljum kaġun ta’ kaċċa illegali.

L-għasafar protetti li ġew irkuprati jikkonsistu minn spanjulet li ġie rkuprat nhar il-Ġimgħa 10 ta’ April, Qerd in-Naħal (11 ta’ April), Daqquqa tat-Toppu (12 ta’ April), Spanjulett ieħor li ġie rkuprat nhar it-Tnejn 13 ta’ April, u Gamiema tal-Kullar li ġiet irkuprata lbieraħ.

L-għasafar inkwistjoni ttieħdu lkoll għand veterinarju tal-Gvern li kkonferma li dawn kienu vittmi ta’ kaċċa illegali.

YouTube video

BirdLife Malta intant qalet li dawn l-għasafar huma biss dawk li rnexxielha tirkupra, b’membri mit-tim tagħha jisħqu li raw diversi għasafar protetti oħrajn li sfaw vittma ta’ kaċċa illegali.

Intant filmat ippubblikat minn CABS juri għexieren ta’ każi ta’ nsib u kaċċa illegali li ilhom jiġu nnutati sa minn Marzu.

Ekonomija

Sport