Tuesday, November 12, 2024

Birdlife Malta b’mandat ta’ inibizzjoni biex ma jiftaħx l-istaġun tal-kaċċa għal gamiem fir-Rebbiegħa

Aqra wkoll

Aktar kmieni llumn Birdlife Malta ppreżentaw mandat ta’ inibizzjoni bil-għan li ma jiftaħx l-istaġun tal-kaċċa għal gamiem fir-Rebbiegħa.

Il-mandat intlaqa mill-Qorti proviżorjament u jinsab appuntat għat-trattazzjoni għas-seduta fit-18 t’April 2023. Dan ifisser li dan is-smiegħ se jsir f’nofs l-istaġun tar-Rebbiegħa.

It-talba, li kienet iffirmata minn Dr Claire Bonello u Dr Martin Farrugia, ftit sigħat biss wara ġiet milqugħa b’mod proviżorju mill-Imħallef Giovanni Grixti.

Il-Ministru Clint Camilleri, li hu responsabbli minn dan il-qasam qal li din il-manuvra “diġà intużat da parti ta’ Birdlife Malta fil-passat, u għal darb’oħra għalhekk jiena flimkien mal-kumplament tal-Gvern ser inkunu qed nagħmlu ħilitna sabiex l-argumenti tagħna jkunu konvinċenti biżżejjed u dan il-mandat ma jiġix ikkonfermat.

Irridu naraw li fi stat demokratiku r-rieda tal-poplu tkun rispettata. Il-poplu huwa suprem.”

Ekonomija

Sport