Bl-istaġun uffiċjali tal-kaċċa jintemm fit-30 ta’ April, il-BirdLife Malta qed tgħid li dan se jkun l-agħar wieħed fejn jidħlu każijiet ta’ tajr protett milqut.
Skont l-għaqda, mindu l-istaġun għall-kaċċa fuq is-summien infetaħ fl-10 ta’ April li għadda kienu 41 it-tajriet protetti milquta li tellgħu l-ammont għal din is-sena għal 63. Dan meta sa dan iż-żmien ta’ sena ilu s-sena kienu 32 it-tajr protett milqut.




“Din iż-żieda tindika li l-2020 se tkun waħda rekord għal tajr protett milqut. Għalkemm għadna viċin l-aħħar ta’ April it-total din is-sena huwa kważi żewġ terzi tad-99 każ totali li kellna matul l-2019”, sostna kelliem għall-għaqda.
BirdLife Malta irrimarkat ukoll li waqt li fl-istaġun tas-sena li għaddiet, li wkoll infetaħ bejn l-10 u t-30 ta’ April, irkupraw 12-il tajra protetta milquta din is-sena ġabru 41.