Birgu Boċċi Darts Club A kisbu rebħa importanti fit-tieni ġurnata tal-kampjonat tad-darts wara li għelbu liċ-champions Floriana Ajax A 5-3.
Kienet logħba ferm emozzjonanti bil-Ġirbin li dejjem kienu minn fuq iżda bil-Furjaniżi li kienu kapaċi dejjem jibqgħu fil-logħba. Kien biss fl-aħħar żewġ games li t-tim mill-Birgu aċċertaw ruħhom mir-rebħa finali.
Kien hemm rebħiet kbar ta’ 8-0 għal Żejtun Rosso 33 u Ħamrun Bayern A li għelbu lil Floriana Ajax MCP u Żejtun Laċċi Maypole rispettivament filwaqt li Sliema Lounge A kisbu l-ewwel punti staġjonali tagħhom wara skor ta’ 6-2 kontra Juventutis Domus.
Fit-tieni diviżjoni, Birgu Boċċi B għelbu lil Cox Bar 5-3 filwaqt li Beland Żejtun u Top Gun Marsa kisbu rebħiet identiċi ta’ 5-3 kontra Żejtun Laċċi Reds u PO’s Bar Gudja rispettivament.
Duke’s Bar A għelbu lil Żejtun Band Club B 6-2.
Fit-tielet diviżjoni, Nicolo Isouard, Titans Tal-Balklor u MMG Darts Club kisbu l-istess skor pożittiv ta’ 5-3 kontra Duke’s Bar B, Munchies Bar u Żurrieq FC rispettivament.
Finalment, Mqabba tal-Ġilju għelbu lil Sliema Lounge B 6-2.