Sunday, May 4, 2025

Malta Premier: Birkirkara fil-finali b’goal drammatiku

Aqra wkoll

Sliema Wanderers…..0

Birkirkara ……………1

Minn Cristian Muscat

Birkirkara huma l-ewwel finalisti tal-Malta Premier League meta fis-semi-finali għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal fit-tieni minuta tal-ħin miżjud tal-ħin barrani mis-solitu Maxuell Maia.

Għaldaqstant, il-Karkariżi, li spiċċaw fit-tieni post tal-Opening Round se ji­lagħbu kontra r-rebbieħ bejn Floriana, li spiċċaw l-ewwel fl-Opening Round, u Hamrun Spartans li temmew fit-tieni pożizzjoni fil- Closing Round.

Qabel il-partita, il-coach ta’ Sliema Wanderers, Paul Zammit, ingħata memento wara li rebaħ l-unur tal-VBET Coach tax-Xahar għal April 2025.

Kien biss fit-23 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Birkirkara jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Alex Satariano indirizza cross li sab lill-attakkant Brażiljan, Maxuell Maia, li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin salvata mill-goalkeeper, Kelvin Emeka Agu.

Sliema wieġbu tliet minuti wara meta Mohamed Awad qabeż tajjeb lil Pablo Leonel Gaitan qabel kellu cross insidjuż li ġie interċettat tajjeb mill-goalkeeper Taljan ta’ Birkirkara, Giacomo Volpe.

Huma komplew jippressaw u fit-43 minuta, Vito Plut, kellu xutt b’saħħtu mill-viċin li ġie devjat f’corner mid-difiża Karkariża.

Fil-51 minuta Sliema tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Wescley Matos Da Silva għadda tajjeb lejn Mohamed Awad li kellu t-tentattiv mill-viċin salvat minn Volpe b’siequ.

Fis-77 minuta, il-coach Birkirkara, Stefano De Angelis, kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Tomislav Papazov, li kein qed ikollu logħba ferm tajba fil-qalba tad-difiża, biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Luis Cordova.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem id-90 minuta biex il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.

Bl-għejja taħkem fuq il- players, fil-115-il minuta, Gustavo Alcino kien għoddu ta r-rebħa lis-Slimiżi iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet ftit barra.

U meta kollox deher li l-partita kienet se tmur għall-għoti tal-penalties, fil-122 minuta, Birkirkara skorja l-goal tar-rebħa minn daqqa ta’ ras ta’ MAXUELL MAIA mill-free-kick ta’ Shaun Dimech.

Sliema W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 5-Neil Frendo, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (21-Kyrian Nwoko 101), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley Da Silva Matos (33-Geoffrey Edwin Acheampong 61), 31-Henrique Murilo, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani, 77-Mohamed Awad (10-Maksym Priadun 80) – Coach: Paul Zammit

Birkirkara: 1-Giacomo Volpe, 6-Pablo Leonel Gaitan (10-Shaun Dimech 84), 8-Paul Mbong, 9-Kemar Reid (93-Gislain Yikpe 89), 13-Tomislav Papazov (4-Luis Mario Mina Cordova 77), 20-Alex Satariano, 24-Lautaro Leandro Lacunza, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 59-Stephane Donovan Makoma, 91-Maxuell Maia – Coach: Stefano De Angelis

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORER: M. Maia 122 (B)

AMMONITI: N. Micallef, P. L. Gaitan (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport