Thursday, November 14, 2024

Birkirkara fil-quċċata b’doppjetta ta’ Leandro Aguirre

Aqra wkoll

Ritratt: Dominic Borg

Birkirkara ………..2

Gudja United……0

Doppjetta tal-Arġentin, Leandro Aguirre, tat rebħa ta’ 2-0 lil Birkirkara biex b’ hekk telgħu fl-ew­wel post tal-klassifika, punt fuq Hibernians li llum ikunu fl-azzjoni kontra Sliema Wan­derers.

Gudja kellhom żewġ bidliet mit-team li għeleb lil Valletta billi Justin Grio­li u Aidan Friggieri bdew flok Neil Micallef u Ruslan Kisil.

Min-naħa l-oħra, Andre Paus żamm l-istess ħdax għal Birkirkara wara d-draw ma’ Gżira United

Kienu Birkirkara li marru fil-vantaġġ wara biss għa­xar minuti meta LEANDRO AGUIRRE għeleb lil Glenn Zammit bi free-kick mill-isbaħ. Birkirkara komplew igaw­du l-inizjattiva u fil-25 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Luke Montebello ġie mxellef f’corner minn Rodolfo Soares bil-ballun jgħaddi ftit għoli.

Żewġ minuti wara, Aguir­re kellu tentattiv b’saħħtu minn tarf il-kaxxa minn fuq il-lemin li ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper ta’ Gudja.

Fil-35 minuta, il-Karkariżi spiċċaw jilgħabu b’għa­xar players meta Ryan Scicluna rċieva żewġ karti sofor f’temp ta’ ħames minuti.

Madankollu Birkirkara baqgħu l-aħjar team u tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima reġgħu resqu viċin meta Luke Montebello bidel il-ballun ma’ Jeferson Macedo bid-daqqa ta’ ras mill-viċin tal-attakkant internazzjonali Malti tgħaddi ftit barra.

Ħames minuti fit-tieni taqsima, Igor Dudarev ittanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa li ġie mdawwar f’corner minn Fernandez. Iżda kienu l-Istripes li reġgħu resqu viċin fis-67 minuta b’azzjoni tajba ta’ Enzo Ruiz li avvanza qabel ixxuttja minn tarf il-kaxxa bil-ballun jolqot il-mimduda.

Minuta fuq il-ħin normali, ġirja tajba ta’ Luke Montebello ġiet imwaqqfa minn Igor Dudarev li rċieva t-tieni karta safra u b’hekk kellu jħalli l-ground biex mill-free-kick, reġa’ kien LEANDRO AGUIRRE li ssiġilla r-rebħa.

BIRKIRKARA: 1-Daniel Fernandes, 5-Enrico Pepe, 7-Luke Montebello, 10-Paul Mbong (46’, 11-Kurt Zammit, 20-Federico Falcone (8-Claudio Bonanni 40’), 21-Ryan Scicluna, 22-Cain Attard, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 70-Jeferson Macedo (30-Kilian Bevis 88’)   – Coach: Andre Paus

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5-Louis Beland (24-Junior Dibola 83’), 7-Aidan Friggieri, 8-Rodolfo Soares, 10-Llywelyn Cremona, 17-Gabriel Mensah, 22-Hubert Vella (9-Tensior Gusman 75’), 27-Justin Grioli (19-Ruslan Kisil 62’), 28-Igor Dudarev, 92-Temitope Abdul (15-Ito Yasukaze 75’), 99-Marcelo Dias  – Coach: Thane Micallef

REFEREE: Stefan Pace

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORER: L. Aguirre 10, 93 (B)

AMMONITI: R. Scicluna, K. Zammit, D. Fernandes (B); H. Vella, I. Dudarev (GU)

TKEĊĊEW: R. Scicluna 35 (B); I. Dudarev 91 (GU)

Ekonomija

Sport