Sunday, December 29, 2024

Birkirkara jaċċertaw mit-tieni pożizzjoni

Aqra wkoll

Birkirkara…………….3

Pietá H………………….2

F’partita li pproduċiet xejn inqas minn ħames goals, Birkirkara, għelbu lil Pietá Hotspurs bl-iskor ta’ 3-2, biex b’hekk l-Istripes aċċertaw ruħhom minn post fil-UEFA Europa League u t-tieni post fil-kampjonat.

Dan filwaqt l Pietá jibqgħu jittamaw li jevitaw ir-relegazzjoni għaċ-Challenge League meta fadlilhom partita oħra kontra Sirens, waqt li jittamaw li llum Santa Lucia u Zebbug Rangers ma jiksbux il-punti.

Kienu Birkirkara li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss tliet minuti, Enzo Daniel Cabrera, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu li ntemmet ftit barra.

Pietá wieġbu fit-12-il minuta meta Ojo Temitope ttanta xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li stampa mal-wieqfa, bl-Istripes jeħilsuha ħafif.

L-Istripes fetħu l-iskor fil- meta Osvaldo Iorio xeħet cross-shot għan-nofs bil-goalkeeper ta’ Pieta Reeves Cini jippanċja bi ftit il-ballun li ntemm għand YANNICK YANKAM li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

Pietá reġgħu ħolqu l-periklu fid-29 minuta meta Kian Leonardi kellu xutt insidjuż li għadda għoli.

Dan sabiex proprju ftit sekondi wara, Daniel Zerafa, dejjem għal Pietá, kellu tentattiv ieħor li għadda barra

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-31 minuta, freekick mid-distanza ta’ Samuel Okoh kważi ħasad għal kollox lill-goalkeeer ta’ Birkirkara, Amara Sylla, li dawwar f’corner b’diffikultá.

Birkirkara wieġbu fit-43 minuta meta xutt ta’ Paul Mbong minn ġol-kaxxa stampa ma’ sieq il-wieqfa.

Huma rduppjaw l-iskor fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta Cabrera kellu tentattiv minn taħt il-lasta li stampa mal-mimduda, biex mir-rebound ALESSANDRO IORIO tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Fit-48 minuta Birkirkara appellaw għall-penalty meta l-goalkeeper żagħżugħ ta’ Pietá Hotspurs, Reeves Cini, allegatament deher iwaqqa’ lil Paul Mbong fil-kaxxa iżda r-referee Slobodan Petrovic, ħalla l-logħob għaddej.

Pietá naqqsu l-marġni tal-iskor fl-64 minuta, meta wara azzjoni konfuża fil-kaxxa, CLINTON BANGURA, wara li kellu żewg tenattivi jaħbtu mal-lasta, mat-tielet wieħed, minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Fil-75 minuta, Birkirkara ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieleit goal meta s-sostitut ALEX DA PAIXAO ALVES li kien ilu fil-ground biss minuta u nofs, dar tajjeb ma’ difensur avversarju u b’eleganza tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Pietá reġgħu sabu x-xibka fit-92 minuta, meta wara azzjoni ta’ corner, Osvaldo Iorio, tefa’ l-ballun fil-lasta tiegħu stess, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.

Birkirkara: 19-Amara Sylla, 2-Osvaldo Iorio, 5-Enrico Pepe (25-Neil Micallef 79), 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (20-Matteo Fedele 82), 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (92-Kevin Tulimieri 81), 42-Simon Zibo, 77-Denis Custodio Ribeiro (15-Matteo Gambin 78), 99-Andrei Ciolacu (7-Alex Da Paixao Alves 74) Coach: Giovanni Tedesco

Pietá H.: 1-Reeves Cini, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura, 5-Ojo Temitope Abraham, 6-Daniel Zerafa (47-Gabriel Xuereb 85), 7-Jake Ghio (99-Takuma Yamaguchi 65), 8-Terence Agius (11-Alan David Schembri Wismayer 66), 9-Armen Hovhannisyan, 10-Kian Leonardi (17-Kurt Briffa 65), 18-Ivin Farrugia (30-Luca Gatt 85), 22-Zean Leonardi Coach: Rodney Bugeja

Referee: Slobodan Petrovic

Ass. Referees: Roberto Vella, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Daniel Portelli

Skorers: Y. Yankam 16, O. Iorio 47, A. Da Paixao Alves 75 (B), C. Bangura 64, O. Iorio og 92 (P)

Ammoniti: T. Agius, Z. Leonardi (P)

Player tal-Logħba: Yannick Yankam (B)

Ekonomija

Sport