Birkirkara ……….3
Hamrun S. ………0
Filwaqt li Birkirkara rritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi, huma waqt s-sensiela ta’ 23 partita mingħajr telfa lil Hamrun Spartans meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0.
Il-Karkariżi kienu mmexxija mill-assistent coach, Brian Chetcuti, wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda, it-Taljan Giovanni Tedesco, kien issottometta r-riżenja tiegħu wara t-telfa ta’ 2-0 kontra Naxxar Lions.
Kienu l-Ispartans li ħarġu u wara tmien minuti, Uros Duranovic kellu t-tentattiv tiegħu jiġi mdawwar f’corner.
Fl-20 minuta, l-istess Duranovic temm azzjoni personali permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li ntemm għoli.
Iżda, fil-25 minuta, kienu Birkirkara li fetħu l-iskor meta Simon Zibo għadda tajjeb lejn ADAILTON QUEIROZ DA SILVA li permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa għeleb lill-goalkeeper Taljan, Federico Marchetti.
Fit-30 minuta, Paul Mbong serva lil Ali Diakite li permezz ta’ xutt fil-baxx ħareġ l-aħjar ta’ Marchetti.
Żewġ minuti biss wara, xutt fil-baxx ta’ Duranovic ġie nnewtralizzat mill-goalkeeper, Marcel Zapytowski.
Fil-45 minuta, Hamrun spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Ognjen Bjelicic wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ ftit sekondi.
U erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Istripes irduppjaw meta Alex Satariano xeħet cross għan-nofs b’Emerson Marcelina fit-tentattiv li jinterċetta … tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.
U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għall-Ħamruniżi, fil-75 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’disa’ players, meta tkeċċa Elionay Freitas Da Silva, hekk kif bħal Ognjen Bjelicic irċieva żewġ karti sofor.
Birkirkara approfittaw bis-sħiħ minn dan u erba’ minuti wara ssiġillaw ir-rebħa meta MAXUELL MAIA approfitta minn indeċiżjoni bejn Juan Carlos Corbalan u Emerson Marecelina.
BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 4-Jovan Pajovic, 5-Enrico Pepe, 7-Adailton Queiroz Da Silva (99-Andrei Ciolacu 53), 8-Yannick Yankam (3-Daniele Mariani 84), 10-Paul Mbong (91-Maxuell Maia 72), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano (25-Neil Micallef 84), 24-Enmy Manuel Pena Beltre (70-Omar Elouni 84), 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite – Coach: Brian Chetcuti
HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello (30-Seth Paintsil 70), 10-Joseph Essien Mbong (28-Juan Carlos Corbalan 54), 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva, 23-Uros Duranovic (17-Yulian Nenov 70), 27-Ognjen Bjelicic, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny (Ederson Bruno Domingos 87) – Coach: Luciano Zauri
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Roberto Vella, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORERS: . Q. da Silva 25, E. Marcelina og 48, M. Maia 79 (B)
AMMONITI: M. Zapytowski, J. Pajovic, Y. Yankam, A. Satariano (B), S. Borg, E. F. da Silva (2), O. Bjelicic (2), Jonny (HS)
TKEĊĊEW: O. Bjelicic 49, E. F. Da Silva 76 (HS)