Birkirkara ħabbru l-akkwist ta’ lil Geoffrey Acheampong
Il-midfielder mill-Ghana ta’ 28 sena jingħaqad mal-Istripes mingħand Sliema Wanderers, fejn impressjona bit-talent tekniku, il-versatilità, u t-tmexxija tiegħu fil-grawnd.
Magħruf fil-Malta Premier għall-prestazzjonijiet eċċellenti tiegħu, Geoffrey iġib miegħu esperjenza, kreattività, u mentalità rebbieħa f’nofs il-grawnd.
Geoffrey huwa ħerqan li jingħaqad mal-Istripes, u ddikjara li: “Ninsab eċċitat li ningħaqad ma’ Birkirkara FC, klabb bi storja u ambizzjoni kbira. Ninsab ħerqan li nagħti kollox, nikkonnettja mal-partitarji, u ngħin lit-tim jikseb suċċess dan l-istaġun.”