Birkirkara ħabbru l-akkwist tal-midfielder Kolombjan, Sebastian Viveros Lopez.
Magħruf għall-enerġija tiegħu, l-għarfien tattiku, u l-abbiltà li jikkontribwixxi kemm difensivament kif ukoll offensivament, Lopez mistenni jkun żieda ewlenija għat-tim.
Wara li beda l-karriera tiegħu fil-Kolombja, huwa mar jilgħab il-Bolivja, fejn lagħab ma’ San Antonio Bulo Bulo, fejn kiseb ħin prezzjuż tal-logħob u esperjenza f’kompetizzjonijiet domestiċi. Riċentement, Viveros Lopez ingħaqad ma’ Central Español fl-Urugwaj, fejn kompla l-iżvilupp tiegħu bħala midfielder.
Birkirkara FC laqgħu lil Sebastian, filwaqt li awgurawlu l-isbaħ xorti fl-esperjenza tiegħu mal-klabb.




