Birkirkara ħabbru l-akkwist ta’ Marcos Maydana. L-Arġentin jista’ jilgħab f’varjetà ta’ pożizzjonijiet, inkluż f’nofs il-grawnd bħala midfielder ċentrali u anke fuq ix-xellug, kif ukoll difensur xellugi.
Il-plejer ta’ 29 sena lagħab il-maġġoranza tal-karriera tiegħu fl-Italja, inkluż perjodi ma’ Mariglianese, S. Maria Cilento, Termoli u dan l-aħħar, Gela.
Maydana qasam l-eċċitament tiegħu li jilgħab f’Malta: “L-investimenti li għamlu l-klabbs Maltin jissarrfu f’kompetizzjoni kbira fil-grawnd. Ninsab eċċitat li ningħaqad ukoll mal-iskwadra u nagħti kollox għat-tim!”