Birkirkara F.C ħabbru l-akkwist ta’ Alessandro Coppola fuq kuntratt ta’ self għal staġun mingħand Triestina. Id-difensur huwa prodott ta’ Torino. Huwa kellu perjodi f’pajjiżu l-Italja ma’ AS Livorno, Olhanense fil-Portugall, u fl-aħħar, kien b’self għal staġun sħiħ mat-team Bulgaru FC, Tsarsko Selo Sofia.
Il-burokrazija kollha mal-Malta Football Association ġiet reġistrata fil-ħin biex Coppola jista’ jkun eliġibbli għall-partita ta’ għada kontra Sirens FC.