Birkirkara …………2
Sta Lucia ……….…0
Birkirkara kkonvinċew bis-sħiħ u ddominaw biex għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima.
Għal din il-partita, il-coach Giovanni Tedesco reġa’ ħa postu fit-tmexxija tat-team wara li skonta sospensjoni ta’ żewġ logħbiet.
Kienu huma li ħargu fuq l-offensiva u fit-13 il-minuta Osvaldo Iorio għadda tajjeb lejn Enzo Daniel Cabrera, li ra x-xutt tieghu jiġi mdawwar f’corner minn Matthew Calleja Cremona.
L-Istripes komplew jippressaw u fil-25 minuta, Calleja Cremona kellu ħarġa erratika fejn għadda l-ballun lejn ENZO DANIEL CABRERA, b’dan jitfa’ l-ballun f’lasta vojta.
Fit-53 minuta, Santa Lucia wieġbu għall-ewwel darba meta wara li rċieva minn cross mix-xellug tal-captain Jurgen Pisani, Franciso Farias minn pożizzjoni ideali tefa’ għoli.
Fis-77 minuta, Birkirkara ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal meta Enzo Daniel Cabrera għadda tajjeb lejn ALEX DA PAIXAO ALVES li mill-viċin xeħet fix-xibka.
Birkirkara: 19-Amara Sylla, 2-Osvaldo Iorio (77-Diego Pires Dall’Oca 69), 5-Enrico Pepe, 7-Alex De Paixao Alves (9-Jed Valletta 85), 8-Yannick Yankam (25-Neil Micallef 90), 11-Kurt Zammit, 20-Matteo Fedele (10-Paul Mbong 69), 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (23-Jean Paul Farrugia 90), 42-Simon Zibo, 72-Alessandro Coppola – Coach: Giovanni Tedesco
Sta Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Lorenzo Fonseca, 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairam (22-Jamie Zerafa 70), 9-Kyrian Nwoko, 10-Bi Blie (27-Miguel Angel Alba 62), 14-Dexter Xuereb (11-Jan Tanti 62), 17-Jurgen Pisani, 20-Francisco Farias (7-Liam Mckay 81), 24-Rodolfo Soares, 28-Yevheni Terzi – Coach: Vincenzo Potenza
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti: Luke Portelli, Thomas Debono
Raba Uff.: Matthew Degabriele
Skorers: E. D. Cabrera 25, A. Da Paixao Alves 77 (B)
Ammoniti: E. Pepe, Y. Yankam, C. Attard (B), L. Fonseca, N. Pulis, J. Carbone (SL)
Player tal-Logħba: Alex Da Paixao Alves (B)