Sunday, November 24, 2024

Birkirkara jikkwalifikaw bl-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Birkirkara ..….0

Mosta………….0

(Birkirkara 3-1 bil-penalties)

Birkirkara għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-1 wara l-għoti tal-penalties biex kisbu post fil-kwarti-finali tal-Izibet FA Trophy bil-goalkeeper ta’ riserva Julani Archibald irriżulta bħala l-eroj assolut hekk kif ħareġ minn fuq il-bank fi  tmiem il-ħin barrani fejn salva żewġ penalties.

Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu fl-għaxar minuta meta Paul Mbong serva lil Jeferson Macedo bil-Brażiljan ikollu x-xutt tiegħu salvat minn Ini Akpan.

Fit-22 minuta, Ini Etim Akpan wettaq save mill-isbaħ fuq tentattiv mill-viċin ta’ Paul Mbong wara li rċieva minn cross ta’ Claudio Bonanni.

Fil-45 minuta, eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, Bonanni għadda tajjeb lejn Mbong li reġa’ ġie mċaħħad minn Akpan.

Ħames minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, Mosta kważi ħasdu lil Birkirkara meta Chris Ememe ħarab taj­jeb iżda sab lill-goalkeeper tal-Istripes Daniel Marcio Fernandes attent.

Mosta bdew jippressaw u tliet minuti biss wara Sunday Akinbule kellu xutt mill-viċin salvat tajjeb minn Fernandes.

Mas-siegħa logħob, Fernandes deher maħsud fit-tentattiv tiegħu li jimblokka l-cross ta’ Loen u daħal Zachary Brincat li sab lil Enrico Pepe li mblokka tajjeb.

Fis-87 minuta, is-sostitut William Donkin kien għoddu skorja l-goal tar-rebħa għal Mosta iżda x-xutt tiegħu spiċċa barra hekk kif kellu jiġi sfurzat il-ħin barrani.

Hawnhekk, kompliet il- partita mill-aqwa ta’ Akpan fejn fil-101 minuta salva t-tentattiv minn daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Enzo Ruiz.

Birkirkara qalgħu  daqqa ta’ ħarta meta ħames minuti minn tmiem il-partita spiċċaw jilagħbu b’10 players meta Kurt Zammit ntwera karta ħamra diretta wara li waqqa’ lil Michael Mifsud li deher destinat li jkompli javvanza waħdu.

Minuta mit-tmiem tal-ħin barrani, Donkin salva lil Mosta meta kklerja l-ballun minn barra fuq il-linja wara xutt mill-viċin ta’ Ryan Scicluna hekk kif il-partita marret għall-għoti tal-penalties.

Hawnhekk, Julani Archibald, li daħal fl-azzjoni minuta mit-tmiem, irriżulta bħala l-eroj ta’ Birkirkara hekk kif salva l-penalties ta’ Rafael Morisco u William Donkin wara li Johann Bezzina falla l-mira  hekk kif l-Istripes ħarġu rebbieħa bl-iskor finali ta’ 3-1.

BIRKIRKARA: 1-Daniel Marcio Fernandes (95-Julani Archibald 119), 2-Enzo Ruiz, 5-Enrico Pepe, 8-Claudio Bonanni (14-Johnson Nsumoh 103), 10-Paul Mbong (21-Ryan Scicluna 103), 11-Kurt Zammit, 20-Federico Falcone (16-Jed Valletta 78), 22-Cain Attard, 27-Leandro Aguirre, 70-Jeferson Macedo, 77-Diego Venancio  – Coach: André Paus

MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa (21-Nathan Agius 112), 8-Christ Ememe (7-William Donkin 70), 11-Geoffrey Acheampong (33-Dennis Antwi 103), 22-Tyrone Farrugia, 27-Youri Loen, 30-Luis Riascos (9-Michael Mifsud 112), 34-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat (19-Johann Bezzina 84), 88-Sunday Akinbule, 98-Rodriguez Ekani  – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Alan Camil­leri, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Glen Tonna

AMMONITI: C. Bonanni, D. Venancio. J. Valletta (B), Y. Loen, L. Riascos, T. Farrugia, G. Acheampong, Z. Brincat, R. Briffa (M) 

TKEĊĊA: K. Zammit 116 (B)

Pens: Birkirkara: D. Venancio, L. Aguirre, E. Pepe

Mosta: Y. Loen

Sport