Birkirkara ……..1
Zabbar SP …….0
Minn Cristian Muscat
Birkirkara kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Zabbar SP bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex telgħu wkoll fl-ewwel post tal-klassifika meta lagħbu partita aktar. Kienet logħba ferm tattika u kemmxejn medjokri bl-azzjonijiet denji ta’ nota fuq iż-żewġ naħat ikunu ferm remoti.
Kienet rebħa meritata għall-Istripes fejn kienu huma li pproduċew l-isbaħ logħob. Madankollu ta’ min wieħed ifaħħar il-wirja ta’ Zabbar li bħalma għamlu fil-partita preċedenti kontra Hamrun Spartans offrew oppożizzjoni denja matul id-90 minuta.
Birkirkara bdew ikunu iktar avventurużi u joperaw minn mal-faxex laterali, iżda sabu difiza ferm kompatta u organizzata li għal diversi drabi annullat l-attakki tagħhom.
Kienu Zabbar li ħolqu l-ewwel periklu fis-16-il minuta permezz ta’ xutt fil-baxx mid-distanza tal-Portugiż, Augusto Ferreira, li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Giacomo Volpe, li dawwar tajjeb f’corner wara li ntefa’ minn tulu fl-art.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Birkirkara fetħu l-iskor meta ngħataw penalty hekk kif Augusto Ferreira waqqa’ lil Leandro Lautaro fil-kaxxa.
Mill-11-il metru, MAXUELL MAIA spara xutt qawwi fir-rokna tax-xibka biex irreġistra r-raba’ goal personali ta’ dan l-istaġun u għat-tieni darba rebaħ il-vot tal-aħjar player tal-logħba.
Kien biss fit-62 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti, bil-Karkariżi jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Maia dar tajjeb mal-captain ta’ Zabbar, Dorde Jovicic, avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel impenja lill-goalkeeper Matthew Grech li dawwar f’corner bi bravura biex żamm lit-tim tiegħu fil-partita.
Zabbar wiegbu fil-81 minuta permezz ta’ xutt mid- distanza Marcelo Barros Santos li ġie devjat f’corner mid-difiża ta’ Birkirkara.
Mill-corner li rriżulta, David Oliveira Souza, kellu xutt bid-dawra tiegħu minn qagħda ideali salvat minn mal-art minn Volpe.
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 5-Agustin Sandona, 6-Pablo Leonel Gaitan (70-Andre Martins 85), 8-Paul Mbong (10-Andrea Zammit 79), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Leandro Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 77-Maicon De Souza Da Silva (3-Manuel Ignacio Morello 56), 91-Maxuell Maia – Coach: Stefano De Angelis
ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 5-Jake Micallef, 7-Augusto Ferreira (95-Marcelo Barros Santos 58), 8-Felix Wallace Bonilha, 10-Brian Gambarte (11-Stefan Ilic 64), 13-Zachary Grech (9-Sean Gatt 46), 19-Diogo Joao Regaia, 28-Vinicius De Paixa, 31-Joao Pedro De Sa Mendonca (23-Leonardo Agius 77), 55-Dorde Jovicic, 99-David Oliveira Souza – Coach: Joao Pedro De Oliveira Janeiro
REFEREE: Malcolm Spiteri
ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Ezekiel Barbara
SKORER: M. Maia pen. 45 (B)
AMMONITI: . Micallef, P. L. Gaitan, G. Volpe (B), V. De Paixa, D. Jovicic, D. J. Regaia, D. Oliveira Souza (Z)