Birkirkara …….1
Sliema W. …….0
Minn Cristian Muscat
Permezz ta’ wirja ta’ karattru, Birkirkara għelbu l-isfida ta’ Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex b’hekk komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika u żammew l-erba’ punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali, Floriana, filwaqt li kkastigaw lill-Wanderers għall-ewwel telfa tal-istaġun.
Fis-seba’ minuta dawn tal-aħħar tilfu s-servizzi ta’ Steve Pisani li weġġa’ u għaldaqstant inħass in-nuqqas tiegħu.
Kien biss fit-32 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota meta xutt mill-viċin ta’ Manuel Morello ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper Slimiż, Kelvin Agu Emeka.
Fl-40 minuta, Alex Satariano, avvanza fil-kaxxa u b’eleganza qabbeż il-ballun minn fuq Emeka iżda l-ballun intemm ftit għoli.
Fil-45 minuta, Lacunza għadda tajjeb lejn Maxuell Maia li serva lil Paul Mbong u minn pożizzjoni angolata xeħet barra.
Sliema wieġbu għall-ewwel darba sekondi biss wara b’xutt fil-baxx mid-distanza ta’ Wescley li ġie salvat mill- goalkeeper Giacomo Volpe.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta fil-51 minuta, fetħu l-iskor hekk kif minn azzjoni ta’ corner, Adam Magri Overend ipprova jtajjar il-ballun ‘il bogħod minn kull periklu iżda eventwalment ħabat ma’ wiċċ ALESSANDRO COPPOLA u b’karambola ntemm fix-xibka fost id-dellirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Karkariżi.
Fid-69 minuta, il-Wanderers wettqu reazzjoni u fallew ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Cain Attard indirizza cross fid-direzzjoni ta’ Samuel Gomes Da Mata li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin imdawra f’corner b’mod spettakolari minn Volpe.
Huma tefgħu kollox fuq l-attakk u fid-90 minuta, cross-shot ta’ Adam Magri Overend minn pożizzjoni angolata minn ġol-kaxxa ntemm barra.
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Manuel Ignacio Morello (77-Maicon De Souza Da Silva 78), 5-Agustin Sandona, 6-Leonel Pablo Gaitan, 8-Paul Mbong (7-Shaun Dimech 61), 20-Alex Satariano, 25-Leandro Lautao Lavuna, 27-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 91-Maxuell Maia (70-Helder Andre Correia Martins 78), 93-Gislain Yikpe – Coach: Stefano De Angelis
Sliema W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (10-Samuel Gomes Da Mata 46), 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley Matos Da Silva (77-Mohamed Awad 81), 22-Cain Attard (8-Edmond Agius 81), 31-Henrique Murilo, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani (18-Sergio Filipe Ramos Da Silva 7), 97-Jonata Bastos De Oliveira – Coach: Paul Zammit
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Sultana
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORER: A. Coppola 51 (B)
AMMONITI: S. Zibo, S. F. Ramos Da Silva, S. Gomes Da Mata (S), G. Yikpe, A. Satariano (B)
Birkirkara jsaħħu l-ewwel post … l-ewwel telfa għal Sliema W.