Ritratt: Christine Borg
Birkirkara ………1
Floriana …………1
Wara tliet rebħiet minn daqstant partiti, Birkirkara waqqgħu l-ewwel punti tagħhom meta ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Floriana liema riżultat ipoġġihom żewġ punti wara l-leaders Hibernians hekk kif fallew ir-rekord ta’ punti massimi.
Min-naħa tagħhom, Floriana żammew ir-rekord tagħhom ta’ bla telfa.
Il-coach tal-Greens, Gianluca Atzori, żamm l-istess formazzjoni wara r-rebħa kontra Valletta waqt li Birkirkara kellhom bidla waħda hekk kif Claudio Bonanni rritorna għalihom u ħa post Diego Venancio.
Birkirkara ħarġu jfittxu l-goal u cross-shot ta’ Jeferson Macedo ġie mdawwar f’corner minn Kitanov wara biss minuta. Fl-14-il minuta, Macedo għadda l-ballun lil Federico Falcone li kellu x-xutt fil-baxx salvat mill-goalkeeper ta’ Floriana.
Il-Furjaniżi rrispondew b’azzjoni personali ta’ Ryan Camenzuli, li minnha ra x-xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa jiġi mdawwar f’corner minn Daniel Fernandes.
Fit-32 minuta, Floriana reġgħu resqu viċin b’daqqa ta’ ras ta’ Christian Rutjens li għaddiet ftit għoli wara cross ta’ Camenzuli u sitt minuti wara, free-kick ta’ Bonanni għal Birkirkara għadda barra.
Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Floriana fetħu l-iskor meta cross mil-lemin ta’ Caseres ma ġiex ikklerjat mid-difiża Karkariża u KRISTIAN KEQI ftit sab diffikultá mill-viċin.
Iżda minuta fit-tieni taqsima, Birkirkara kisbu d-draw meta Jeferson Macedo avvanza fuq il-lemin u għadda l-ballun lejn FEDERICO FALCONE li b’ xutt djagonali għeleb lil Kitanov.
Fit-63 minuta, Paul Mbong kellu t-tentattiv minn barra l-kaxxa jiġi mdawwar f’corner minn Kitanov waqt li fil-75 minuta, xutt angolat ta’ Cain Attard ġie salvat mill-goalkeeper Furjaniż. Seba’ minuti mit-tmiem, is-sostitut Leandro Aguirre kien sfortunat li laqat il-mimduda b’xutt minn barra l-kaxxa.
BIRKIRKARA: 1-Daniel Fernandes, 2-Enzo Ruiz, 6-Yannick Yankam (27-Leandro Aguirre 66’), 7-Luke Montebello (21-Ryan Scicluna 77’), 8-Claudio Bonanni, 10-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit, 20-Federico Falcone, 22-Cain Attard, 25-Oscar Carniello, 70-Jeferson Macedo (30-Kilian Bevis 77’). – Coach: Andre Paus
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (77-Alejandro Garzia 84’), 3-Christian Rutjens, 5-Zachary Cassar, 7-Augusto Caseres (11-Andrei-Cosmi Ciolacu 66’), 9-Kristian Keqi (21-Mattia Veselji 66’), 10-Ulises Jose Arias, 20-Matias Nicolas Garcia, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (22-Brandon Paiber 66’), 94-Ryan Camenzuli (96-Daniel Agius 84’). – Coach: Gianluca Atzori
REFEREE: Alex Johnson
ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Paul Apap
RABA’ UFF: Philip Farrugia
SKORERS: K. Keqi 39 (F); F. Falcone 46 (B)
AMMONITI: A. Caseres, J. Busuttil, M. Garcia (F); Y. Yankam (B)
PLAYER TAL-LOGĦBA – Federico Falcone (Birkirkara)